26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/391 |
IL-KARTA TAD-DRITTIJIET FUNDAMENTALI TA' L-UNJONI EWROPEA
TITOLU V
ĊITTADINANZA
Artikolu 41
Id-dritt għal amministrazzjoni tajba
1. Kull persuna għandha d-dritt li dak kollu li jirrigwardaha jiġi ttrattat b'mod imparzjali u ġust u fi żmien raġonevoli mill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni.
2. Dan id-dritt jinkludi:
a) |
id-dritt ta' kull persuna li tinstema', qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament; |
b) |
id-dritt ta' kull persuna li jkollha aċċess għall-fajl li jikkonċernaha, filwaqt li jiġu rrispettati l-interessi leġittimi tal-kunfidenzjalità u tas-segretezza professjonali u tan-negozju; |
ċ) |
l-obbligu għall-amministrazzjoni li tagħti r-raġunijiet għad-deċiżjonijiet tagħha. |
3. Kull persuna għandha d-dritt li l-Unjoni tagħmel tajjeb għal danni kkaġunati mill-istituzzjonijiet jew l-uffiċjali tagħha fil-qadi ta' dmirijiethom, skond il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet ta' l-Istati Membri.
4. Kull persuna tista' tikteb lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni f'waħda mil-lingwi tat-Trattati u għandha tirċievi tweġiba bl-istess lingwa.