26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

KAPITOLU 2

DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 30

(ex Artikolu 22 TUE)

1.   Kull Stat Membru, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jew ir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jistgħu jirriferu lill-Kunsill kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-politika estera u ta' sigurtà komuni u jistgħu jippreżentaw, rispettivament, inizjattivi jew proposti lill-Kunsill.

2.   F'każijiet li jirrikjedu deċiżjoni malajr, ir-Rappreżentant Għoli fuq mozzjoni proprja, jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandu jlaqqa' seduta straordinarja tal-Kunsill fi żmien tmienja u erbgħin siegħa jew, f'każ ta’ emerġenza, fi żmien inqas.