26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


PROTOKOLL (Nru 36)

DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI

IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,

BILLI, sabiex tiġi organizzata t-transizzjoni bejn id-dispożizzjonijiet istituzzjonali tat-Trattati applikabbli qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona u dawk previsti mill-imsemmi Trattat huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet transitorji,

FTIEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika:

Artikolu 1

F'dan il-Protokoll, il-kliem “it-Trattati” jfissru t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika.

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 2

1.   Għall-perijodu tal-leġislatura 2009-2014 li jkun jifdal fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan l-Artikolu, u b'deroga mill-Artikoli 189, it-tieni subparagrafu, u 190(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u mill-Artikoli 107, it-tieni subparagrafu, u 108(2) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li kienu fis-seħħ meta saru l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew f'Ġunju 2009, u b'deroga min-numru ta' siġġijiet previsti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-18-il siġġu li ġejjin għandhom jiżdiedu mas-736 siġġu eżistenti, sabiex b'hekk in-numru totali ta' membri tal-Parlament Ewropew isir provviżorjament 754 sat-tmiem tal-leġislatura 2009-2014:

Bulgarija

1

Spanja

4

Franza

2

Italja

1

Latvja

1

Malta

1

Olanda

1

Awstrija

2

Polonja

1

Slovenja

1

Svezja

2

Renju Unit

1

2.   B'deroga għall-Artikolu 14(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jaħtru l-persuni li ser jimlew is-siġġijiet addizzjonali msemmijin fil-paragrafu 1, f'konformità mal-leġislazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati u sakemm il-persuni kkonċernati jkunu ġew eletti b'vot dirett universali:

(a)

f’elezzjonijiet ad hoc b'vot dirett universali fl-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; jew

(b)

b'referenza għar-riżultati tal-elezzjonijet tal-Parlament Ewropew tal-4 sas-7 ta' Ġunju 2009; jew

(c)

b'ħatra mill-Parlament nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, minn fost il-membri tiegħu, tan-numru meħtieġ ta' membri, skont il-proċedura stabbilita minn kull wieħed minn dawk l-Istati Membri.

3.   Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew fi żmien opportun qabel l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2014.

TITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-MAĠĠORANZA KWALIFIKATA

Artikolu 3

1.   Skond l-Artikolu 14(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, id-dispożizzjonijiet ta' dan il-paragrafu u d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 238(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea dwar id-definizzjoni tal-maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill Ewropew u fil-Kunsill, għandu jkollhom effett mill-1 ta' Novembru 2014.

2.   Bejn l-1 ta' Novembru 2014 u l-31 ta' Marzu 2017, meta att ikollu jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata, membru tal-Kunsill jista' jitlob li l-att jiġi adottat bil-maġġoranza kwalifikata kif definita fil-paragrafu 3. F'dak il-każ, għandhom japplikaw il-paragrafi 3 u 4.

3.   Sal-31 ta' Ottubru 2014, għandhom ikunu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 235(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Fejn il-Kunsill Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu bil-maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom jitqiesu li għandhom il-piż kif ġej:

Belġju

12

Bulgarija

10

Repubblika Ċeka

12

Danimarka

7

Ġermanja

29

Estonja

4

Irlanda

7

Greċja

12

Spanja

27

Franza

29

Italja

29

Ċipru

4

Latvja

4

Litwanja

7

Lussemburgu

4

Ungerija

12

Malta

3

Olanda

13

Awstrija

10

Polonja

27

Portugall

12

Rumanija

14

Slovenja

4

Slovakkja

7

Finlandja

7

Svezja

10

Renju Unit

29

L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri meta, skond it-Trattati, għandhom jiġu adottati fuq proposta tal-Kummissjoni. F'każijiet oħra l-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 255 vot favur li jirrappreżentaw mhux anqas minn żewġ terzi tal-membri.

Membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill jista' jitlob li, fejn att huwa adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill b'maġġoranza kwalifikata, jiġi verifikat jekk l-Istati Membri li jiffurmaw din il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentawx mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali ta' l-Unjoni. Jekk jinstab li dan ma jkunx il-każ, l-att m'għandux ikun adottat.

4.   Sal-31 ta' Ottubru 2014, fil-każijiet fejn, skond it-Trattati mhux il-membri kollha tal-Kunsill jipparteċipaw fil-vot, jiġifieri fil-każijiet fejn issir referenza għall-maġġoranza kwalifikata definita skond l-Artikolu 238(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-maġġoranza kwalifikata għandha tkun imfissra bħala li hija l-istess proporzjon tal-voti peżati u l-istess proporzjon tan-numru tal-membri tal-Kunsill u, jekk ikun xieraq, l-istess perċentwali tal-popolazzjoni ta' l-Istati Membri konċernati kif stabbilit fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-FORMAZZJONIJIET TAL-KUNSILL

Artikolu 4

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 16(6) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill jista' jiltaqa' fil-konfigurazzjonijiet previsti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta' dak il-paragrafu kif ukoll fil-konfigurazzjonijiet l-oħra fuq il-lista stabbilita b'deċiżjoni tal-Kunsill ta' l-Affarijiet Ġenerali, li jaġixxi b'maġġoranza sempliċi.

TITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KUMMISSJONI, INKLUŻ IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI TA' L-UNJONI GĦALL-AFFARIJIET BARRANIN U L-POLITIKA TA' SIGURTÀ

Artikolu 5

Il-Membri tal-Kummissjoni fil-kariga fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jibqgħu fil-kariga sat-tmiem tal-mandat tagħhom. Madankollu, fil-jum tal-ħatra tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jintemm il-mandat tal-membru li jkollu l-istess nazzjonalità tar-Rappreżentant Għoli.

TITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IS-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL, IR-RAPPREŻENTANT GĦOLI GĦALL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI U D-DEPUTAT SEGRETARJU ĠENERALI TAL-KUNSILL

Artikolu 6

Il-mandati tas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, ir-Rappreżentant Għoli għall-politika estera u ta' sigurtà komuni u d-Deputat Segretarju Ġenerali tal-Kunsill għandhom jintemmu fid-data tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. Il-Kunsill għandu jaħtar Segretarju Ġenerali skond l-Artikolu 240(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

TITOLU VI

DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-KORPI KONSULTATTIVI

Artikolu 7

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 301 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tkun kif ġej:

Belġju

12

Bulgarija

12

Repubblika Ċeka

12

Danimarka

9

Ġermanja

24

Estonja

7

Irlanda

9

Greċja

12

Spanja

21

Franza

24

Italja

24

Ċipru

6

Latvja

7

Litwanja

9

Lussemburgu

6

Ungerija

12

Malta

5

Olanda

12

Awstrija

12

Polonja

21

Portugall

12

Rumanija

15

Slovenja

7

Slovakkja

9

Finlandja

9

Svezja

12

Renju Unit

24

Artikolu 8

Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:

Belġju

12

Bulgarija

12

Repubblika Ċeka

12

Danimarka

9

Ġermanja

24

Estonja

7

Irlanda

9

Greċja

12

Spanja

21

Franza

24

Italja

24

Ċipru

6

Latvja

7

Litwanja

9

Lussemburgu

6

Ungerija

12

Malta

5

Olanda

12

Awstrija

12

Polonja

21

Portugall

12

Rumanija

15

Slovenja

7

Slovakkja

9

Finlandja

9

Svezja

12

Renju Unit

24

TITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANSITORJI DWAR L-ATTI ADOTTATI ABBAŻI TAT-TITOLI V U VI TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA QABEL ID-DĦUL FIS-SEĦĦ TAT-TRATTAT TA' LISBONA

Artikolu 9

L-effetti legali ta' l-atti ta' l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta' l-Unjoni adottati abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona għandhom jiġu preservati sakemm dawk l-atti jiġu revokati, isiru nulli jew jiġu emendati fl-implementazzjoni ta' dawn it-Trattati. L-istess japplika għall-konvenzjonijiet konklużi bejn l-Istati Membri abbażi tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

Artikolu 10

1.   Bħala miżura transitorja, u fir-rigward ta' atti ta' l-Unjoni fil-qasam tal-koperazzjoni tal-pulizija u dik ġudizzjarja f'materji kriminali li ġew adottati qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dak it-Trattat għandhom ikunu dawn li ġejjin: il-kompetenzi tal-Kummissjoni taħt l-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx ikunu applikabbli u s-setgħat tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea taħt it-Titolu VI tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona, għandhom jibqgħu l-istess, inkluż fejn dawn ġew aċċettati taħt l-Artikolu 35(2) ta' l-imsemmi Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

2.   L-emendar ta' att imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jinvolvi l-applikabbiltà tas-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija f'dak il-paragrafu kif stabbilit fit-Trattati fir-rigward ta' l-att emendat u għal dawk l-Istati Membri li għalihom għandu japplika dak l-att emendat.

3.   Fi kwalunkwe każ, il-miżura transitorja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tieqaf milli jkollha effett ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattatta' Lisbona.

4.   Sa mhux aktar tard minn sitt xhur qabel l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3, ir-Renju Unit jista' jinnotifika lill-Kunsill li dan ma jaċċettax, fir-rigward ta' l-atti msemmija fil-paragrafu 1, is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 u kif previsti fit-Trattati. Fil-każ li r-Renju Unit ikun għamel dik in-notifika, l-atti kollha msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jieqfu milli japplikaw għalih mid-data ta' l-iskadenza tal-perijodu transitorju msemmi fil-paragrafu 3. Dan is-subparagrafu m'għandux japplika fir-rigward ta' l-atti emendati li huma applikabbli għar-Renju Unit kif imsemmi fil-paragrafu 2.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddetermina l-arranġamenti ta' konsegwenza u transitorji meħtieġa. Ir-Renju Unit m'għandux jipparteċipa fl-adozzjoni ta' din id-deċiżjoni. Maġġoranza kwalifikata tal-Kunsill għandha tiġi definita skond l-Artikolu 238(3)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' wkoll jadotta deċiżjoni li tiddetermina li r-Renju Unit għandu jkun responsabbli għall-konsegwenzi finanzjarji diretti, jekk ikun hemm, li jirriżultaw neċessarjament u inevitabbilment mill-waqfien tal-parteċipazzjoni tiegħu f'dawk l-atti.

5.   Ir-Renju Unit jista', fi kwalunkwe ħin wara, jinnotifika lill-Kunsill bix-xewqa tiegħu li jipparteċipa f'atti li waqfu milli japplikaw għalih skond l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4. F'dak il-każ għandhom japplikaw, skond il-każ, id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Protokoll dwar l-acquis ta' Schengen integrat fil-qafas ta' l-Unjoni Ewropea jew tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward ta' l-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja. Is-setgħat ta' l-istituzzjonijiet fir-rigward ta' dawk l-atti għandhom ikunu dawk stabbiliti fit-Trattati. Meta jaġixxu skond il-Protokolli rilevanti, l-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u r-Renju Unit għandhom ifittxu li jerġgħu jistabbilixxu l-akbar livell possibbli ta' parteċipazzjoni tar-Renju Unit fl-acquis ta' l-Unjoni fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja mingħajr ma tintlaqat l-operabbiltà prattika tad-diversi partijiet tiegħu u filwaqt li tiġi rispettata l-koerenza tagħhom.