26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


DIKJARAZZJONIJIET

ANNESSI MA' L-ATT FINALI TAL-KONFERENZA INTERGOVERNEMENTALI LI ADOTTAT IT-TRATTAT TA' LISBONA

ffirmat fit-13 ta' Diċembru 2007

A.   DIKJARAZZJONIJIET DWAR DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTATI

35.   Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tikkunsidra li l-Artikolu 194 ma jolqotx id-dritt ta' l-Istati Membri li jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiżguraw il-provvista ta' l-enerġija tagħhom skond il-kondizzjonijiet previsti fl-Artikolu 347.