|
24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/6 |
ATT
dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
IT-TIENI PARTI
AĠĠUSTAMENTI GĦAT-TRATTATI
TITOLU II
AĠĠUSTAMENTI OĦRAJN
Artikolu 12
Fl-Artikolu 64(1) tat-TFUE, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Rigward ir-restrizzjonijiet eżistenti skont il-liġi nazzjonali fil-Kroazja, id-data rilevanti għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2002.”.