|
24.4.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 112/6 |
ATT
dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja u l-aġġustamenti għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
L-EWWEL PARTI
PRINĊIPJI
Artikolu 1
Għall-finijiet ta’ dan l-Att:
|
— |
l-espressjoni “Trattati oriġinali” tfisser:
|
|
— |
l-espressjoni “Stati Membri attwali” tfisser ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq; |
|
— |
l-espressjoni “l-Unjoni” tfisser l-Unjoni Ewropea bbażata fuq it-TUE u t-TFUE u/jew, skont il-każ, il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika; |
|
— |
l-espressjoni “l-istituzzjonijiet” tfisser l-istituzzjonijiet stabbiliti bit-TUE. |
Artikolu 2
Mid-data tal-adeżjoni, id-dispożizzjonjiet tat-Trattati oriġinali u l-atti adottati mill-istituzzjonijiet qabel l-adeżjoni għandhom jorbtu lill-Kroazja u għandhom japplikaw fil-Kroazja bil-kondizzjonijiet imniżżlin f’dawk it-Trattati u f’dan l-Att.
Meta jiġu miftehma emendi għat-Trattati oriġinali mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri skont l-Artikolu 48(4) tat-TUE wara r-ratifika tat-Trattat tal-Adeżjoni mill-Kroazja u meta dawk l-emendi ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tirratifika dawk l-emendi skont ir-rekwiżiti kostituzzjonali.
Artikolu 3
1. Il-Kroazja taderixxi mad-deċiżjonijiet u l-ftehimiet tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill Ewropew.
2. Il-Kroazja taderixxi mad-deċiżjonijiet u l-ftehimiet adottati mir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill.
3. Il-Kroazja qiegħda fl-istess sitwazzjoni bħall-Istati Membri attwali fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet jew riżoluzzjonijiet tal-Kunsill Ewropew jew il-Kunsill, jew ta’ pożizzjonijiet oħra meħuda minnhom, u fir-rigward ta’ dawk li jikkonċernaw lill-Unjoni adottati bi ftehim komuni tal-Istati Membri. Għaldaqstant il-Kroazja għandha tosserva l-prinċipji u l-linji gwida li joħorġu minn dawk id-dikjarazzjonijiet, riżoluzzjonijiet jew pożizzjonijiet oħra u għandha tieħu l-miżuri li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tagħhom.
4. Il-Kroazja taderixxi mal-konvenzjonijiet u l-protokolli elenkati fl-Anness I. Dawk il-konvenzjonijiet u l-protokolli għandhom jidħlu fis-seħħ fir-rigward tal-Kroazja fid-data determinata mill-Kunsill fid-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5.
5. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, għandu jiddeċiedi li jagħmel l-aġġustamenti kollha meħtieġa minħabba l-adeżjoni għall-konvenzjonijiet u l-protokolli msemmija fil-paragrafu 4 u jippubblika t-testi adattati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
6. Il-Kroazja tintrabat, fir-rigward tal-konvenzjonijiet u l-protokolli msemmija fil-paragrafu 4, li tintroduċi arranġamenti amministrattivi u arranġamenti oħra, bħal dawk adottati sad-data tal-adeżjoni mill-Istati Membri attwali jew mill-Kunsill, u li tiffaċilita kooperazzjoni prattika bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-Istati Membri.
7. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jissupplimenta l-Anness I bil-konvenzjonijiet, il-ftehimiet u l-protokolli rilevanti ffirmati qabel id-data tal-adeżjoni.
Artikolu 4
1. Id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif imsemmija fil-Protokoll dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea (minn hawn il-quddiem imsejjaħ “il-Protokoll ta’ Schengen”), anness għat-TUE u t-TFUE, u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b’xi mod ieħor relatati miegħu, elenkati fl-Anness II, kif ukoll kwalunkwe att ieħor bħal dan adottat qabel id-data tal-adeżjoni, għandhom jorbtu lill-Kroazja, u jkunu applikabbli fiha, mid-data tal-adeżjoni.
2. Dawk id-dispożizzjonjiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrati fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li b’xi mod ieħor huma relatati miegħu li mhumiex imsemmija fil-paragrafu 1, filwaqt li jorbtu lill-Kroazja mid-data tal-adeżjoni, għandhom japplikaw biss fil-Kroazja skont deċiżjoni tal-Kunsill għal dak il-għan, wara verifika, f’konformità mal-proċeduri ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen applikabbli, li l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-partijiet kollha tal-acquis rilevanti jkunu ġew sodisfatti fil-Kroazja, inkluża l-applikazzjoni effettiva tar-regoli kollha ta’ Schengen f’konformità mal-istandards komuni maqbula u mal-prinċipji fundamentali. Dik id-deċiżjoni għandha tittieħed mill-Kunsill, f’konformità mal-proċeduri ta’ Schengen applikabbli u b’kont meħud ta’ rapport tal-Kummissjoni li jikkonferma li l-Kroazja għadha tissodisfa l-impenji li ħadet fin-negozjati dwar l-adeżjoni tagħha li huma rilevanti għall-acquis ta’ Schengen.
Il-Kunsill għandu jieħu d-deċiżjoni tiegħu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, waqt li jaġixxi bl-unanimità tal-membri tiegħu li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tal-Istati Membri li fir-rigward tagħhom id-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu diġà ddaħħlu fis-seħħ u tar-rappreżentant tal-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja. Il-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom jieħdu sehem f’tali deċiżjoni safejn tirrigwarda d-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b’xi mod ieħor relatati miegħu li fihom jipparteċipaw dawn l-Istati Membri.
Artikolu 5
Il-Kroazja għandha tipparteċipa fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja mid-data tal-adeżjoni bħala Stat Membru b’deroga fis-sens tal-Artikolu 139 tat-TFUE.
Artikolu 6
1. Il-ftehimiet konklużi jew applikati b’mod proviżorju mill-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, ma’ organizzazzjoni internazzjonali jew ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz għandhom, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati oriġinali u f’dan l-Att, jorbtu lill-Kroazja.
2. Il-Kroazja timpenja ruħha li taderixxi, skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati mill-Istati Membri attwali u l-Unjoni ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar jew ma’ organizzazzjoni internazzjonali.
Dment li ma jkunx previst mod ieħor fi ftehimiet speċifiċi msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-adeżjoni tal-Kroazja ma’ dawn il-ftehimiet għandha tiġi maqbula bil-konklużjoni ta’ protokoll għal tali ftehimiet bejn il-Kunsill, li jaġixxi b’mod unanimu f’isem l-Istati Membri, u l-pajjiż jew pajjiżi terzi jew l-organizzazzjoni internazzjonali kkonċernati. Il-Kummissjoni, jew ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-Rappreżentant Għoli) fejn il-ftehim jirrigwarda esklużivament jew prinċipalment il-politika estera u ta’ sigurtà komuni, għandha tinnegozja dawn il-protokolli f’isem l-Istati Membri abbażi ta’ direttivi ta’ negozjar approvati mil-Kunsill, li jaġixxi unanimament, u f’konsultazzjoni ma’ kumitat magħmul mir-rappreżentanti tal-Istati Membri. Il-Kummissjoni, jew ir-Rappreżentant Għoli, skont il-każ, għandha tippreżenta lill-Kunsill abbozz tal-protokolli għall-konklużjoni.
Din il-proċedura hija mingħajr preġudizzju għall-eżerċizzju tal-kompetenzi proprji tal-Unjoni u ma taffettwax l-allokazzjoni tal-poteri bejn l-Unjoni u l-Istati Membri fir-rigward tal-konklużjoni ta’ tali ftehimiet fil-ġejjieni jew ta’ kwalunkwe emenda oħra li mhijiex relatata mal-adeżjoni.
3. Mid-data tal-adeżjoni, u sakemm jidħlu fis-seħħ il-protokolli meħtieġa msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, il-Kroazja għandha tapplika d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 konklużi jew applikati b’mod proviżorju qabel id-data tal-adeżjoni, bl-eċċezzjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Svizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (1).
Sakemm jidħlu fis-seħħ il-protokolli msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, l-Unjoni u l-Istati Membri, waqt li jaġixxu b’mod konġunt kif ikun opportun fil-qafas tal-kompetenzi rispettivi tagħhom, għandhom jieħdu kwalunkwe miżura adatta.
4. Il-Kroazja taderixxi għall-Ftehim ta’ Sħubija bejn il-membri tal-Grupp ta’ Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (AKP), min-naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f’Cotonou fit-23 ta’ Ġunju 2000 (2), kif ukoll għaż-żewġ ftehimiet li jemendaw dak il-Ftehim, iffirmati fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (3) u miftuħa għall-iffirmar f’Ouagadougou fit-22 ta’ Ġunju 2010 (4) rispettivament.
5. Il-Kroazja timpenja ruħha li taderixxi, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dan l-Att, mal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (5), f’konformità mal-Artikolu 128 ta’ dak il-Ftehim.
6. Mid-data tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tapplika l-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessuti konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi.
Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Unjoni fuq l-importazzjonijiet ta’ prodotti tat-tessuti u ta’ lbies għandhom jiġu aġġustati sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni. Għal dak il-għan, l-Unjoni tista’ tinnegozja emendi għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessuti msemmija fl-ewwel subparagrafu mal-pajjiżi terzi kkonċernati qabel id-data tal-adeżjoni.
Jekk l-emendi għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar it-tessuti ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, l-Unjoni għandha tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għar-regoli tagħha dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti u ta’ lbies minn pajjiżi terzi sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja.
7. Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi applikati mill-Unjoni fuq l-importazzjoni ta’ azzar u ta’ prodotti tal-azzar għandhom jiġu aġġustati abbażi tal-importazzjonijiet tal-Kroazja matul is-snin reċenti tal-azzar u ta’ prodotti tal-azzar li joriġinaw mill-pajjiżi fornituri kkonċernati.
Għal dak il-għan, l-emendi meħtieġa għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar l-azzar konklużi bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi għandhom jiġu nnegozjati qabel id-data tal-adeżjoni.
Jekk l-emendi għall-ftehimiet u l-arranġamenti bilaterali dwar l-azzar ma jkunux daħlu fis-seħħ sad-data tal-adeżjoni, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-ewwel subparagrafu.
8. Mid-data tal-adeżjoni, il-ftehimiet dwar is-sajd konklużi bejn il-Kroazja u pajjiżi terzi qabel dik id-data għandhom jiġu amministrati mill-Unjoni.
Id-drittijiet u l-obbligi għall-Kroazja li jirriżultaw minn dawk il-ftehimiet ma għandhomx ikunu affettwati matul il-perijodu meta d-dispożizzjonijiet ta’ dawk il-ftehimiet jinżammu proviżorjament.
Kemm jista’ jkun malajr, u fi kwalunkwe każ qabel l-iskadenza tal-ftehimiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, id-deċiżijonijiet adatti għall-kontinwazzjoni tal-attivitajiet ta’ sajd li jirriżultaw minn dawk il-ftehimiet għandhom jiġu adottati f’kull każ mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, inkluża l-possibbiltà li ċerti ftehimiet jiġu estiżi għal perijodi ta’ mhux aktar minn sena.
9. Il-Kroazja għandha tirtira ruħha minn kwalunkwe ftehim ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi terzi, inkluż il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles Ċentru-Ewropew kif emendat.
Safejn il-ftehimiet bejn il-Kroazja min-naħa waħda, u pajjiż terz wieħed jew aktar, min-naħa l-oħra, ma jkunux kompatibbli mal-obbligi li jirriżultaw minn dan l-Att, il-Kroazja għandha tieħu l-passi kollha adegwati biex telimina l-inkompatibbilitajiet stabbiliti. Jekk il-Kroazja tiltaqa’ ma’ diffikultajiet fl-aġġustament ta’ ftehim konkluż ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar, hi għandha tirtira ruħha minn dak il-ftehim.
Il-Kroazja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura konformità mal-obbligi ta’ dan il-paragrafu mill-jum tal-adeżjoni.
10. Il-Kroazja taderixxi, skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dan l-Att, mal-ftehimiet interni konklużi mill-Istati Membri attwali għall-fini tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 4.
11. Il-Kroazja għandha tieħu miżuri adatti, fejn meħtieġ, sabiex taġġusta l-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta’ organizzazzjonjiet internazzjonali, u ta’ dawk il-ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni jew Stati Membri oħra huma wkoll partijiet għalihom, mad-drittijiet u l-obbligi li joriġinaw mill-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.
Il-Kroazja għandha, b’mod partikolari, tirtira ruħha minn ftehimiet u organizzazzjoniet internazzjonali tas-sajd u li l-Unjoni hija wkoll parti għalihom, sakemm is-sħubija tagħha ma tirrigwardax kwistjonijiet differenti mis-sajd.
Il-Kroazja għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiżgura konformità mal-obbligi ta’ dan il-paragrafu mid-data tal-adeżjoni.
Artikolu 7
1. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan l-Att, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att ma jistgħux jiġu sospiżi, emendati jew imħassra ħlief permezz tal-proċedura mniżżla fit-Trattati oriġinali li tippermetti r-reviżjoni ta’ dawk it-Trattati.
2. L-atti adottati mill-istituzzjonijiet li magħhom huma relatati d-dispożizzjonijiet transitorji mniżżlin f’dan l-Att għandhom iżommu l-istatus tagħhom fil-liġi; b’mod partikolari, għandhom ikomplu japplikaw il-proċeduri sabiex jiġu emendati dawk l-atti.
3. Dawk id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att li għandhom il-fini jew l-effett li jħassru jew jemendaw atti adottati mill-istituzzjonijiet, sakemm tali dispożizzjonijiet ma jkunux ta’ natura transitorja, għandhom ikollhom l-istess status fil-liġi bħad-dispożizzjonijiet li huma jħassru jew jemendaw u għandhom ikunu soġġetti għall-istess regoli bħal dawk id-dispożizzjonijiet.
Artikolu 8
L-applikazzjoni tat-Trattati oriġinali u tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet għandha, bħala miżura transitorja, tkun soġġetta għad-derogi previsti f’dan l-Att.
IT-TIENI PARTI
AĠĠUSTAMENTI GĦAT-TRATTATI
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 9
Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-Artikolu 9, l-ewwel paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Meta, kull tliet snin, ikun hemm sostituzzjoni parzjali tal-Imħallfin, għandhom jiġu sostitwiti 14-il Imħallef.”. |
|
(2) |
L-Artikolu 48 għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 48 Il-Qorti Ġenerali għandha tikkonsisti minn 28 Imħallef.”. |
Artikolu 10
Il-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment, anness għat-TUE u t-TFUE, għandu jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1):
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 9(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jiġu sostitwiti b’dan li ġej: “2. Il-Bord tad-Diretturi għandu jikkonsisti minn disgħa u għoxrin direttur u dsatax-il direttur supplenti. Id-Diretturi għandhom jinħatru mill-Bord ta’ Gvernaturi għal ħames snin, wieħed innominat minn kull Stat Membru, u wieħed innominat mill-Kummissjoni. Id-diretturi supplenti għandhom jinħatru mill-Bord tal-Gvernaturi għal ħames snin kif jidher hawn taħt:
|
Artikolu 11
L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 134(2) tat-Trattat tal-KEEA dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“2. Il-Kumitat għandu jikkonsisti minn tnejn u erbgħin membru, maħtura mill-Kunsill wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.”.
TITOLU II
AĠĠUSTAMENTI OĦRAJN
Artikolu 12
Fl-Artikolu 64(1) tat-TFUE, għandha tiżdied is-sentenza li ġejja:
“Rigward ir-restrizzjonijiet eżistenti skont il-liġi nazzjonali fil-Kroazja, id-data rilevanti għandha tkun il-31 ta’ Diċembru 2002.”.
Artikolu 13
L-Artikolu 52(1) tat-TUE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. It-Trattati għandhom japplikaw għar-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Kroazja, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.”.
Artikolu 14
1. L-Artikolu 55(1) tat-TUE għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“1. Dan it-Trattat, redatt f’oriġinal wieħed bl-ilsien Bulgaru, Ċek, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Irlandiż, Kroat, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Slovakk, Sloven, Spanjol, Svediż, Taljan u Ungeriż, bit-testi ta’ kull wieħed minn dawn ugwalment awtentiċi, għandu jiġi ddepożitat fl-arkivji tal-Gvern tar-Repubblika Taljana, li għandu jibgħat kopja awtentikata lil kull wieħed mill-Gvernijiet tal-Istati firmatarji l-oħra.”.
2. L-Artikolu 225(2) tat-Trattat tal-KEEA għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Skont it-Trattati tal-Adeżjoni, il-verżjonijiet bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bid-Daniż, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Irlandiż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Kroat, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven u bl-Ungeriż ta’ dan it-Trattat għandhom ukoll ikunu awtentiċi.”.
IT-TIELET PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET PERMANENTI
Artikolu 15
L-atti elenkati fl-Anness III għandhom jiġu adattati kif speċifikat f’dak l-Anness.
Artikolu 16
Il-miżuri elenkati fl-Anness IV għandhom jiġu applikati skont il-kondizzjonijiet imniżżlin f’dak l-Anness.
Artikolu 17
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista’ jagħmel l-adattamenti għad-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att marbuta mal-politika agrikola komuni li jistgħu jirriżultaw meħtieġa b’riżultat ta’ modifika fir-regoli tal-Unjoni.
IR-RABA’ PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET TEMPORANJI
TITOLU I
MIŻURI TRANSITORJI
Artikolu 18
Il-miżuri elenkati fl-Anness V għandhom jiġu applikati fir-rigward tal-Kroazja skont il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
TITOLU II
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 19
1. B’deroga mill-Artikolu 2 tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, u b’deroga mill-għadd massimu ta’ siġġijiet previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tat-TUE, l-għadd ta’ membri tal-Parlament Ewropew għandu jiżdied bi 12-il membru mill-Kroazja, sabiex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja, għall-perijodu li jtawwal mid-data tal-adeżjoni sal-aħħar tal-mandat 2009-2014 tal-Parlament Ewropew.
2. B’deroga mill-Artikolu 14(3) tat-TUE, il-Kroazja għandha, qabel id-data tal-adeżjoni, torganizza elezzjonijiet ad hoc għall-Parlament Ewropew, b’vot universali dirett tal-poplu tagħha, għall-għadd ta’ membri iffissat fil-paragrafu 1, f’konformità mal-acquis tal-Unjoni. Madankollu, jekk id-data tal-adeżjoni tkun inqas minn sitt xhur qabel l-elezzjonijiet li jmiss tal-Parlament Ewropew, il-membri tal-Parlament Ewropew li jirrappreżentaw iċ-ċittadini tal-Kroazja jistgħu jintgħażlu mill-Parlament nazzjonali tal-Kroazja, minn fost il-membri tiegħu, dment li l-persuni inkwistjoni jkunu ġew eletti b’vot universali dirett.
Artikolu 20
L-Artikolu 3(3) tal-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“3 Sal-31 ta’ Ottubru 2014, għandhom jibqgħu fis-seħħ id-dispożizzjonijiet li ġejjin, mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 235(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
Għal atti tal-Kunsill Ewropew u l-Kunsill li jeħtieġu maġġoranza kwalifikata, il-voti tal-membri għandhom jitqiesu li għandhom il-piż kif ġej:
|
Belġju |
12 |
|
Bulgarija |
10 |
|
Repubblika Ċeka |
12 |
|
Danimarka |
7 |
|
Ġermanja |
29 |
|
Estonja |
4 |
|
Irlanda |
7 |
|
Greċja |
12 |
|
Spanja |
27 |
|
Franza |
29 |
|
Kroazja |
7 |
|
Italja |
29 |
|
Ċipru |
4 |
|
Latvja |
4 |
|
Litwanja |
7 |
|
Lussemburgu |
4 |
|
Ungerija |
12 |
|
Malta |
3 |
|
Pajjiżi l-Baxxi |
13 |
|
Awstrija |
10 |
|
Polonja |
27 |
|
Portugall |
12 |
|
Rumanija |
14 |
|
Slovenja |
4 |
|
Slovakkja |
7 |
|
Finlandja |
7 |
|
Svezja |
10 |
|
Renju Unit |
29 |
L-atti għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 260 voti favur li jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-membri meta, skont it-Trattati, għandhom jiġu adottati fuq proposta mill-Kummissjoni. F’każijiet oħra d-deċiżjonijiet għandhom jiġu adottati jekk ikun hemm mill-inqas 260 vot favur li jirrappreżentaw mill-inqas żewġ terzi tal-membri.
Membru tal-Kunsill Ewropew jew tal-Kunsill jista’ jitlob li, fejn att huwa adottat mill-Kunsill Ewropew jew mill-Kunsill b’maġġoranza kwalifikata, jiġi verifikat jekk l-Istati Membri li jiffurmaw il-maġġoranza kwalifikata jirrappreżentawx mill-inqas 62 % tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni. Jekk jinstab li dan ma jkunx il-każ, l-att m’għandux ikun adottat.”
Artikolu 21
1. Ċittadin Kroat għandu jinħatar għall-Kummissjoni mid-data tal-adeżjoni sal-31 ta’ Ottubru 2014. Il-Membru l-ġdid tal-Kummissjoni għandu jinħatar mill-Kunsill, li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata u bi qbil komuni mal-President tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew u f’konformità mal-kriterji stabbiliti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(3) tat-TUE.
2. Il-mandat tal-Membru maħtur f’konformtià mal-paragrafu 1 għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-Membri li jkunu fil-kariga fil-mument tal-adeżjoni.
Artikolu 22
1. Il-mandat tal-Imħallef tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Imħallef tal-Qorti Ġenerali maħturin mill-Kroazja mal-adeżjoni tagħha f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 19(2) tat-TUE għandu jiskadi, rispettivament, fis-6 ta’ Ottubru 2015 u l-31 ta’ Awwissu 2013.
2. Għall-fini ta’ sentenzi dwar każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali fid-data tal-adeżjoni li fir-rigward tagħhom ikunu nbdew proċedimenti orali qabel dik id-data, il-Qrati sħaħ tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali jew l-Awli plenarji tagħhom għandhom ikunu magħmulin bħal ma kienu qabel l-adeżjoni u għandhom japplikaw ir-Regoli ta’ Proċedura li jkunu fis-seħħ fil-jum ta’ qabel id-data tal-adeżjoni.
Artikolu 23
1. B’deroga mill-Artikolu 301(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, l-Artikolu 7 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet transitorji anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 7
Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 301 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għandha tkun kif ġej:
|
Belġju |
12 |
|
Bulgarija |
12 |
|
Repubblika Ċeka |
12 |
|
Danimarka |
9 |
|
Ġermanja |
24 |
|
Estonja |
7 |
|
Irlanda |
9 |
|
Greċja |
12 |
|
Spanja |
21 |
|
Franza |
24 |
|
Kroazja |
9 |
|
Italja |
24 |
|
Ċipru |
6 |
|
Latvja |
7 |
|
Litwanja |
9 |
|
Lussemburgu |
6 |
|
Ungerija |
12 |
|
Malta |
5 |
|
Pajjiżi l-Baxxi |
12 |
|
Awstrija |
12 |
|
Polonja |
21 |
|
Portugall |
12 |
|
Rumanija |
15 |
|
Slovenja |
7 |
|
Slovakkja |
9 |
|
Finlandja |
9 |
|
Svezja |
12 |
|
Renju Unit |
24 ” |
2. L-għadd ta’ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jiżdied temporanjament għal 353 biex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-perijodu li jibda mid-data tal-adeżjoni sa tmiem il-mandat li matulu l-Kroazja taderixxi mal-Unjoni jew sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 301(2) tat-TFUE, skont liem minnhom jiġi l-ewwel.
3. Jekk id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 301(2) tat-TFUE tkun diġà ġiet adottata sad-data tal-adeżjoni, b’deroga mill-Artikolu 301(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kroazja għandha temporanjament tiġi allokata għadd adatt ta’ membri sa tmiem il-mandat li matulu taderixxi mal-Unjoni.
Artikolu 24
1. B’deroga mill- Artikolu 305(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, l-Artikolu 8 tal-Protokoll dwar dispożizzjonijiet transitorji anness għat-TUE, it-TFUE u t-Trattat tal-KEEA, għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 8
Sakemm tidħol fis-seħħ id-deċiżjoni prevista fl-Artikolu 305 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-allokazzjoni tal-membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandha tkun kif ġej:
|
Belġju |
12 |
|
Bulgarija |
12 |
|
Repubblika Ċeka |
12 |
|
Danimarka |
9 |
|
Ġermanja |
24 |
|
Estonja |
7 |
|
Irlanda |
9 |
|
Greċja |
12 |
|
Spanja |
21 |
|
Franza |
24 |
|
Kroazja |
9 |
|
Italja |
24 |
|
Ċipru |
6 |
|
Latvja |
7 |
|
Litwanja |
9 |
|
Lussemburgu |
6 |
|
Ungerija |
12 |
|
Malta |
5 |
|
Pajjiżi l-Baxxi |
12 |
|
Awstrija |
12 |
|
Polonja |
21 |
|
Portugall |
12 |
|
Rumanija |
15 |
|
Slovenja |
7 |
|
Slovakkja |
9 |
|
Finlandja |
9 |
|
Svezja |
12 |
|
Renju Unit |
24 ” |
2. L-għadd ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni għandu jiżdied temporanjament għal 353 biex jittieħed kont tal-adeżjoni tal-Kroazja għall-perijodu li jibda mid-data tal-adeżjoni sa tmiem il-mandat li matulu l-Kroazja taderixxi mal-Unjoni jew sad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 305(2) tat-TFUE, skont liem minnhom jiġi l-ewwel.
3. Jekk id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 305(2) tat-TFUE tkun diġà ġiet adottata sad-data tal-adeżjoni, b’deroga mill- Artikolu 305(1) tat-TFUE li jistabbilixxi l-għadd massimu ta’ membri tal-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kroazja għandha temporanjament tiġi allokata għadd adatt ta’ membri sa tmiem il-mandat li matulu taderixxi mal-Unjoni.
Artikolu 25
Il-mandat tad-direttur tal-Bord tad-Diretturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment, innominat mill-Kroazja u maħtur mal-adeżjoni kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(2) tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jiskadi fi tmiem il-laqgħa annwali tal-Bord tal-Gvernaturi li matulha jiġi eżaminat ir-rapport annwali għas-sena finanzjarja 2017.
Artikolu 26
1. Membri ġodda tal-kumitati, il-gruppi, l-aġenziji jew korpi oħrajn li nħolqu bit-Trattati oriġinali jew b’att tal-istituzzjonijiet għandhom jinħatru skont il-kondizzjonijiet u skont il-proċeduri mniżżlin għall-ħatra ta’ membri ta’ dawk il-kumitati, gruppi, aġenziji jew korpi oħrajn. Il-mandati tal-membri li għadhom kemm ġew maħtura għandu jiskadi fl-istess żmien bħal dak tal-membri li jkunu fil-kariga fil-mument tal-adeżjoni.
2. Is-sħubija fil-kumitati, gruppi, aġenziji jew korpi oħrajn maħluqa bit-Trattati oriġinali jew b’att tal-istituzzjonijiet b’għadd ta’ membri li huwa fiss, irrispettivament mill-għadd ta’ Stati Membri, għandha tiġi mġedda kompletament mal-adeżjoni, dment li l-mandat tal-membri attwali ma jiskadix fi żmien 12-il xahar mill-adeżjoni.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI
Artikolu 27
1. Mid-data tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tħallas l-ammont segwenti li jikkorrispondi għas-sehem tagħha mill-kapital imħallas għall-kapital sottoskritt kif definit fl-Artikolu 4 tal-Istatut tal-Bank Ewropew tal-Investiment:
|
Kroazja |
EUR 42 720 000 |
Din il-kontribuzzjoni għandha titħallas fi tmien pagamenti indaqs li għandhom isiru fit-30 ta’ Novembru 2013, it-30 ta’ Novembru 2014, it-30 ta’ Novembru 2015, il-31 ta’ Mejju 2016, it-30 ta’ Novembru 2016, il-31 ta’ Mejju 2017, it-30 ta’ Novembru 2017 u l-31 ta’ Mejju 2018.
2. Il-Kroazja għandha tikkontribwixxi, fi tmien pagamenti ndaqs li għandhom isiru fid-dati previsti fil-paragrafu 1, għar-riservi u l-provvedimenti ekwivalenti għal riservi, kif ukoll għall-ammont li għad irid ikun approprjat għar-riservi u l-provvedimenti, li jinkludu l-bilanċ tal-kont tal-qligħ u t-telf, stabbilit fl-aħħar tax-xahar ta’ qabel l-adeżjoni, kif imniżżel fil-karta tal-bilanċ tal-Bank, f’ammonti li jikkorrispondu għall-perċentwali li ġejja tar-riservi u l-provvedimenti:
|
Kroazja |
0,368 % |
3. Il-kapital u l-pagamenti previsti fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jitħallsu mill-Kroazja f’euro f’kontanti, ħlief jekk ikun hemm deroga deċiża b’mod unanimu mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Ewropew tal-Investiment.
4. Iċ-ċifri għall-Kroazja msemmija fil-paragrafu 1 kif ukoll fl-Artikolu 10, punt 1, jistgħu jiġu adattati b’deċiżjoni tal-korpi governattivi tal-Bank Ewropew tal-Investiment abbażi tal-aħħar data finali dwar il-PDG ppubblikata mill-Eurostat qabel l-adeżjoni.
Artikolu 28
1. Il-Kroazja għandha tħallas l-ammont li ġej lill-Fond ta’ Riċerka għall-Faħam u l-Azzar imsemmi fid-Deċiżjoni 2002/234/KEFA tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, li ltaqgħu fi ħdan il-Kunsill, fis-27 ta’ Frar 2002 fuq il-konsegwenzi finanzjarji tal-iskadenza tat-Trattat tal-KEFA u dwar il-Fond tar-Riċerka għall-Faħam u l-Azzar (6):
(EUR, prezzijiet attwali)
|
Kroazja |
494 000. |
2. Il-kontribuzzjoni għall-Fond ta’ Ricerka għall-Faħam u l-Azzar għandha ssir f’erba’ pagamenti li jibdew fl-2015 u għandha titħallas kif ġej, f’kull każ fl-ewwel jum ta’ xogħol tal-ewwel xahar ta’ kull sena:
|
— |
2015: 15 %, |
|
— |
2016: 20 %, |
|
— |
2017: 30 %, |
|
— |
2018: 35 %. |
Artikolu 29
1. L-akkwist, l-għotjiet u l-pagamenti għal assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni taħt il-Komponent dwar l-Assistenza tat-Transizzjoni u l-Bini tal-Istituzzjonijiet u l-Komponent tal-Kooperazzjoni Transkonfinali tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) stabbiliti bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 tas-17 ta’ Lulju 2006 (7), għal fondi kommessi qabel l-adeżjoni, bl-esklużjoni tal-programmi transkonfinali Kroazja-Ungerija u Kroazja-Slovenja, u għal assistenza taħt il-Faċilità ta’ Transizzjoni msemmija fl-Artikolu 30, għandhom ikunu ġestiti mill-aġenziji implimentattivi tal-Kroazja mid-data tal-adeżjoni ’l quddiem.
Ir-rinunċja tal-kontroll ex ante mill-Kummissjoni fir-rigward tal-akkwist u l-għotjiet għandha ssir b’deċiżjoni tal-Kummissjoni għal dak il-għan, wara li l-Kummissjoni tkun sodisfatta bit-tħaddim effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll ikkonċernata f’konformità mal-kriterji u l-kondizzjonijiet imniżżlin fl-Artikolu 56(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (8) u fl-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta’ Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni (IPA) (9).
Jekk id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrinunċja għall-kontroll ex ante ma tkunx ġiet adottata qabel id-data tal-adeżjoni, kwalunkwe kuntratt iffirmat bejn id-data tal-adeżjoni u d-data meta tiġi adottata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma għandux ikun eliġibbli taħt l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni u l-Faċilità ta’ Transizzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. L-impenji baġitarji li jsiru qabel id-data tal-adeżjoni taħt l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni u l-Faċilità ta’ Transizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inklużi l-konklużjoni u r-reġistrazzjoni ta’ impenji legali u pagamenti individwali sussegwenti li jsiru wara l-adeżjoni, għandhom ikomplu jkunu regolati bir-regoli li japplikaw għall-istrumenti finanzjarji ta’ qabel l-adeżjoni u jitħallsu mill-kapitoli baġitarji korrispondenti sal-għeluq tal-programmi u l-proġetti kkonċernati.
3. Id-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni tal-impenji baġitarji ta’ ftehimiet ta’ finanzjament dwar l-assistenza finanzjarja ta’ qabel l-adeżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u l-Komponent tal-IPA tal-Iżvilupp Rurali, rigward deċiżjonijiet finanzjarji meħudin qabel l-adeżjoni, għandhom ikomplu japplikaw wara d-data tal-adeżjoni. Huma għandhom jiġu rregolati bir-regoli li japplikaw għall-istrumenti finanzjarji ta’ qabel l-adeżjoni. Minkejja dan, il-proċeduri tal-akkwist pubbliku li jinbdew wara l-adeżjoni għandhom jitwettqu f’konformità mad-direttivi rilevanti tal-Unjoni.
4. Il-fondi ta’ qabel l-adeżjoni li jkopru n-nefqa amministrattiva, kif imsemmija fl-Artikolu 44, jistgħu jigu impenjati fl-ewwel sentejn wara l-adezjoni. Għal spejjeż ta’ verifika u evalwazzjoni, jistgħu jiġu impenjati fondi ta’ qabel l-adeżjoni sa ħames snin wara l-adeżjoni.
Artikolu 30
1. Għall-ewwel sena wara l-adeżjoni, l-Unjoni għandha tipprovdi lill-Kroazja b’assistenza finanzjarja temporanja (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“Faċilità ta’ Transizzjoni”) sabiex tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċità amministrattiva u ġudizzjarja tagħha biex timplimenta u tinforza l-liġi tal-Unjoni u biex tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pari. Dik l-assistenza għandha tiffinanzja proġetti ta’ bini ta’ istituzzjonijiet u investimenti limitati u fuq skala żgħira li jkunu anċillari għalihom.
2. L-assistenza għandha tindirizza l-ħtieġa kontinwa għat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali f’ċerti oqsma permezz ta’ azzjoni li ma tistax tiġi ffinanzjata mill-Fondi Strutturali jew mill-Fondi għall-Iżvilupp Rurali.
3. Għal proġetti ta’ ġemellaġġ bejn amministrazzjonijiet pubbliċi għall-finijiet ta’ bini ta’ istituzzjonijiet, għandha tkompli tapplika l-proċedura tas-sejħa għal proposti permezz tan-netwerk ta’ punti ta’ kuntatt fl-Istati Membri.
4. L-approprjazzjonijiet ta’ impenn għall-Faċilità ta’ Transizzjoni, bil-prezzijiet attwali, għall-Kroazja għandhom ikunu ta’ total ta’ EUR 29 miljun fl-2013 biex jiġu indirizzati l-prijoritajiet nazzjonali u orizzontali.
5. L-assistenza taħt il-Faċilità ta’ Transizzjoni għandha tiġi deċiża u implimentata f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 jew abbażi ta’ dispożizzjonijiet tekniċi oħra meħtieġa għat-tħaddim tal-Faċilità ta’ Transizzjoni, li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.
6. Għandha tingħata attenzjoni partikolari biex tiġi żgurata komplementarjetà adatta mal-appoġġ previst mill-Fond Soċjali Ewropew għar-riforma amministrattiva u l-kapaċità istituzzjonali.
Artikolu 31
1. Qed tinħoloq b’dan Faċilità ta’ Schengen (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Faċilità temporanja ta’ Schengen”) bħala strument temporanju biex jgħin lill-Kroazja bejn id-data tal-adeżjoni u l-aħħar tal-2014 biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet fil-fruntieri esterni l-ġodda tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-kontroll tal-fruntieri esterni.
2. Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2014, l-ammonti li ġejjin (prezzijiet attwali) għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kroazja fl-għamla ta’ pagamenti ta’ darba taħt il-Faċilità temporanja ta’ Schengen:
|
(EUR miljun, prezzijiet attwali) |
||
|
|
2013 |
2014 |
|
Kroazja |
40 |
80 |
3. L-ammont annwali għall-2013 għandu jkun pagabbli lill-Kroazja fl-1 ta’ Lulju 2013 u l-ammont annwali għall-2014 għandu jsir disponibbli fl-ewwel jum ta’ xogħol wara l-1 ta’ Jannar 2014.
4. Il-pagamenti f’somma waħda għandhom jintużaw fi żmien tliet snin mill-ewwel pagament. Il-Kroazja għandha tippreżenta, sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-iskadenza ta’ dan il-perijodu ta’ tliet snin, rapport komprensiv dwar l-eżekuzzjoni finali tal-pagamenti taħt il-Faċilità temporanja ta’ Schengen b’dikjarazzjoni li tiġġustifika n-nefqa. Kwalunkwe parti mill-fondi mhux użata jew li tintefaq bla ġustifikazzjoni għandha tiġi rkuprata mill-Kummissjoni.
5. Il-Kummissjoni tista’ tadotta kwalunkwe dispożizzjoniet tekniċi meħtieġa għat-tħaddim tal-Faċilità temporanja ta’ Schengen.
Artikolu 32
1. B’dan qiegħda tiġi stabbilita Faċilità ta’ Likwidità (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Faċilità temporanja ta’ Likwidità”) bħala strument temporanju sabiex jgħin lill-Kroazja bejn id-data tal-adeżjoni u l-aħħar tal-2014 biex ittejjeb il-likwidità fil-baġit nazzjonali.
2. Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Lulju 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2014, l-ammonti li ġejjin (prezzijiet attwali) għandhom jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-Kroazja fil-forma ta’ pagamenti ta’ darba taħt il-Faċilità temporanja ta’ Likwidità:
|
(EUR miljun, prezzijiet attwali) |
||
|
|
2013 |
2014 |
|
Kroazja |
75 |
28,6 |
3. Kull ammont annwali għandu jinqasam f’pagamenti ndaqs ta’ kull xhar, li jitħallsu fl-ewwel jum ta’ xogħol ta’ kull xhar.
Artikolu 33
1. Ammont ta’ EUR 449,4 miljun (prezzijiet attwali) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għandu jiġi riżervat għall-Kroazja taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Koeżjoni fl-2013.
2. Terz tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi riżervat għall-Fond ta’ Koeżjoni.
3. Għall-perijodu kopert mill-qafas finanzjarju li jmiss, l-ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-Kroazja f’approprjazzjonijiet ta’ impenn taħt il-Finanzjament Strutturali u ta’ Koeżjoni għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-acquis tal-Unjoni applikabbli f’dak iż-żmien. Dawn l-ammonti għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-iskeda ta’ introduzzjoni gradwali li ġejja:
|
— |
70 % fl-2014, |
|
— |
90 % fl-2015, |
|
— |
100 % mill-2016 ’il quddiem. |
4. Fil-limiti permessi mill-acquis tal-Unjoni l-ġdid, għandu jsir aġġustament biex tiġi żgurata żieda fil-fondi għall-Kroazja fl-2014 ta’ 2,33 darba l-ammont tal-2013, u fl-2015 ta’ 3 darbiet l-ammont tal-2013.
Artikolu 34
1. L-ammont totali li għandu jsir disponibbli għall-Kroazja taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd fl-2013 għandu jkun ta’ EUR 8,7 miljuni (prezzijiet attwali) f’approprjazzjonijiet ta’ impenn.
2. Il-prefinanzjament taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd għandu jkun 25 % tal-ammont totali msemmi fil-paragrafu 1 u għandu jitħallas f’pagament wieħed.
3. Għall-perijodu kopert mill-qafas finanzjarju li jmiss, l-ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-Kroazja f’approprjazzjonijiet ta’ impenn għandhom jiġu kkalkulati abbażi tal-acquis tal-Unjoni applikabbli f’dak iż-żmien. Dawn l-ammonti għandhom jiġu aġġustati f’konformità mal-iskeda ta’ introduzzjoni gradwali li ġejja:
|
— |
70 % fl-2014, |
|
— |
90 % fl-2015, |
|
— |
100 % mill-2016 ’il quddiem. |
4. Fil-limiti permessi mill-acquis tal-Unjoni l-ġdid, għandu jsir aġġustament biex tiġi żgurata żieda fil-fondi għall-Kroazja fl-2014 ta’ 2,33 darba l-ammont tal-2013, u fl-2015 ta’ 3 darbiet l-ammont tal-2013.
Artikolu 35
1. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (10) m’għandux japplika għall-Kroazja għall-perijodu kollu ta’ programmazzjoni 2007-2013.
Fis-sena 2013, il-Kroazja ser tiġi allokata EUR 27,7 miljun (prezzijiet kurrenti) taħt il-Komponent tal-Iżvilupp Rurali msemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006.
2. Il-miżuri addizzjonali temporanji għall-iżvilupp rurali għall-Kroazja huma mniżżlin fl-Anness VI.
3. Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti implimentattivi, tadotta regoli meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Anness VI. Dawk l-atti implimentattivi għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 90(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 flimkien mal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (11) jew il-proċedura rilevanti kif iddeterminat fil-leġislazzjoni applikabbli.
4. Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew, għandu jagħmel kwalunkwe adattament tal-Anness VI, fejn meħtieġ, sabiex jiżgura l-koerenza mar-regolamenti dwar l-iżvilupp rurali.
TITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
Artikolu 36
1. Il-Kummissjoni għandha tissorvelja mill-qrib l-impenji kollha meħudin mill-Kroazja fin-negozjati dwar l-adeżjoni, inklużi dawk li għandhom jintlaħqu qabel jew sad-data tal-adeżjoni. Il-monitoraġġ mill-Kummissjoni għandu jikkonsisti minn tabelli ta’ monitoraġġ aġġornati regolarment, id-djalogu taħt il-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Kroazja, min-naħa l-oħra (12) (minn issa “il-FSA”), missjonijiet ta’ valutazzjoni mill-pari, il-programm ekonomiku ta’ qabel l-adeżjoni, notifiki fiskali u, fejn meħtieġ, ittri ta’ twissija bikrija lill-awtoritajiet Kroati. Fil-ħarifa tal-2011, il-Kummissjoni għandha tippreżenta Rapport ta’ Progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fil-ħarifa tal-2012 hija għandha tippreżenta Rapport ta’ Monitoraġġ Komprensiv lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Tul il-proċess kollu ta’ monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha tagħmel użu wkoll mill-kontribut mill-Istati Membri u tikkunsidra l-kontribut minn organizzazzjonijiet internazzjonali u tas-soċjetà ċivili kif adatt.
Il-monitoraġġ tal-Kummissjoni għandu jiffoka b’mod partikolari fuq l-impenji li ttieħdu mill-Kroazja fil-qasam tad-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali (l-Anness VII), inkluż l-iżvilupp kontinwu ta’ rekords dwar ir-riforma u l-effiċjenza ġudizzjarja, it-trattament imparzjali ta’ każijiet ta’ reati tal-gwerra, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
Barra minn hekk, il-monitoraġġ tal-Kummissjoni għandu jiffoka fuq l-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, inkluża l-implimentazzjoni u l-infurzar tar-rekwiżiti tal-Unjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni, il-kooperazzjoni tal-pulizija, il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kriminali, kif ukoll fuq impenji fil-qasam tal-politika tal-kompetizzjoni inkluż ir-ristrutturar tal-industrija tal-bini ta’ bastimenti (Anness VIII) u tas-settur tal-azzar (Anness IX).
Bħala parti integrali mit-tabelli u r-rapporti ta’ monitoraġġ regolari tagħha, il-Kummissjoni għandha toħroġ valutazzjonijiet ta’ kull sitt xhur sal-adeżjoni tal-Kroazja dwar l-impenji meħudin mill-Kroazja f’dawn l-oqsma.
2. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jista’ jieħu l-miżuri kollha adatti jekk jiġu identifikati kwistjonijiet ta’ tħassib waqt il-proċess ta’ monitoraġġ. Il-miżuri ma għandhomx jinżammu aktar milli huwa strettament meħtieg u, fi kwalunkwe każ, għandhom jitneħħew mill-Kunsill, waqt li jaġixxi skont l-istess proċedura, meta jkunu ġew indirizzati b’mod effettiv il-kwistjonijiet rilevanti ta’ tħassib.
Artikolu 37
1. Jekk, sa tmiem ta’ perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, jinqalgħu diffikultajiet li huma serji u li x’aktarx jippersistu fi kwalunkwe settur tal-ekonomija jew li jistgħu jikkawżaw deterjorament serju fis-sitwazzjoni ekonomika ta’ xi żona partikolari, il-Kroazja tista’ tapplika għal awtorizzazzjoni sabiex tieħu miżuri protettivi sabiex tiġi rettifikata s-sitwazzjoni u jiġi aġġustat is-settur ikkonċernat għall-ekonomija tas-suq intern.
Fl-istess ċirkostanzi, kwalunkwe Stat Membru attwali jista’ japplika għal awtorizzazzjoni sabiex jieħu miżuri protettivi fir-rigward tal-Kroazja.
2. Fuq talba tal-Istat ikkonċernat, il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ proċedura ta’ emerġenza, tiddetermina l-miżuri protettivi li hija tikkunsidra meħtieġa, filwaqt li tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti applikabbli għalihom.
F’każ ta’ diffikultajiet ekonomiċi serji fuq talba espressa mill-Istat Membru kkonċernat, il-Kummissjoni għandha taġixxi fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta taslilha t-talba flimkien mal-informazzjoni ta’ sfond rilevanti meħtieġa. Il-miżuri hekk deċiżi għandhom ikunu applikabbli minnufih, għandhom jieħdu kont tal-interess tal-partijiet kollha kkonċernati u m’għandhomx jinvolvu kontrolli fuq il-fruntieri.
3. Il-miżuri awtorizzati taħt dan l-Artikolu jistgħu jinvolvu derogi mir-regoli tat-TUE, it-TFUE u dan l-Att safejn u għal tali perijodi li huma strettament meħtieġa sabiex jinkisbu l-għanijiet ta’ din is-salvagwardja. Għandha tingħata prijorità lil tali miżuri li jfixklu l-anqas il-funzjonament tas-suq intern.
Artikolu 38
Jekk il-Kroazja tonqos milli tilħaq l-impenji meħudin fil-kuntest tan-negozjati dwar l-adeżjoni, inklużi l-impenji fi kwalunkwe linja ta’ politika settorjali li tikkonċerna attivitajiet ekonomiċi b’effett transkonfinali, u b’hekk tikkawża ksur serju fit-tħaddim tas-suq intern jew theddida għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni jew riskju imminenti ta’ tali ksur jew theddida, il-Kummissjoni tista’, sat-tmiem ta’ perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, fuq it-talba motivata minn Stat Membru jew fuq l-inizjattiva tagħha stess, tieħu miżuri adatti.
Dawn il-miżuri għandhom ikunu proporzjonati u għandha tingħata prijorità lil miżuri li jfixklu l-anqas il-funzjonament tas-suq intern u, fejn adatt, lill-applikazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ salvagwardja settorali eżistenti. Il-miżuri ta’ salvagwardja skont dan l-Artikolu ma għandhomx jiġu invokati bħala mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew ta’ restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri. Il-klawsola ta’ salvagwardja tista’ tiġi invokata saħansitra qabel l-adezjoni abbażi tas-sejbiet tal-monitoraġġ u l-miżuri adottati għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni dment li ma jipprevedux data aktar tard. Il-miżuri ma għandhomx jinżammu aktar milli huwa strettament meħtieg, u, f’kull każ, għandhom jitneħħew meta l-impenn rilevanti jkun intlaħaq. Huma jistgħu, madankollu, jiġu applikati lil hinn mill-perijodu msemmi fl-ewwel paragrafu dment li l-impenji rilevanti ma jkunux ġew sodisfatti. Bi tweġiba għall-progress li għamlet il-Kroazja fit-twettiq tal-impenji tagħha, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-miżuri kif adatt. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien suffiċjenti qabel ma tirrevoka l-miżuri ta’ salvagwardja, u hija għandha tikkunsidra kif dovut kull osservazzjoni tal-Kunsill f’dan ir-rigward.
Artikolu 39
Jekk ikun hemm nuqqasijiet serji jew perikli imminenti ta’ tali nuqqasijiet fil-Kroazja fir-rigward tat-traspożizzjoni jew l-istat ta’ implimentazzjoni tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet skont it-Tielet Parti, Titolu V tat-TFUE kif ukoll tal-atti adottati mill-istituzzjonijiet qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona skont it-Titolu VI tat-TUE jew skont it-Tielet Parti, Titolu IV tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni tista’, sat-tmiem ta’ perijodu ta’ mhux aktar minn tliet snin wara l-adeżjoni, fuq it-talba motivata minn Stat Membru, jew fuq l-inizjattiva tagħha stess u wara li tikkonsulta lill-Istati Membri, tadotta miżuri adatti u tispeċifika l-kondizzjonijiet u l-arranġamenti applikabbli għalihom.
Dawn il-miżuri jistgħu jieħdu l-għamla ta’ sospensjoni temporanja tal-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet u deċiżjonijiet rilevanti fir-relazzjonijiet bejn il-Kroazja u kwalunkwe Stat Membru jew Stati Membri oħra, mingħajr preġudizzju għall-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni ġudizzjarja mill-qrib. Il-klawsola ta’ salvagwardja tista’ tiġi invokata saħansitra qabel l-adezjoni abbażi tas-sejbiet tal-monitoraġġ u l-miżuri adottati għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni dment li ma jipprevedux data aktar tard. Il-miżuri m’għandhomx jinżammu aktar milli huwa strettament meħtieġ u, fi kwalunkwe każ, għandhom jitneħħew meta n-nuqqasijiet jiġu rimedjati. Madankollu jistgħu jiġu applikati lil hinn mill-perijodu msemmi fl-ewwel paragrafu sakemm dawn in-nuqqasijiet jippersistu. Bi tweġiba għall-progress li għamlet il-Kroazja fir-rigward tar-rettifika tan-nuqqasijiet identifikati, il-Kummissjoni tista’ tadatta l-miżuri kif adatt wara li tikkonsulta mal-Istati Membri. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill fi żmien suffiċjenti qabel ma tirrevoka l-miżuri ta’ salvagwardja, u hija għandha tikkunsidra kif dovut kull osservazzjoni tal-Kunsill f’dan ir-rigward.
Artikolu 40
Sabiex ma jiġix ostakolat il-funzjonament korrett tas-suq intern, l-infurzar tar-regoli nazzjonali tal-Kroazja matul il-perijodi transitorji msemmija fl-Annessi V ma għandux iwassal għal kontrolli fuq il-fruntieri bejn l-Istati Membri.
Artikolu 41
Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji biex jiffaċilitaw it-transizzjoni mis-sistema eżistenti fil-Kroazja għal dik li tirriżulta mill-applikazzjoni tal-politika agrikola komuni taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Att, dawn għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (13) flimkien mal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011 (14) jew il-proċedura rilevanti kif iddeterminata fil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn jistgħu jiġu adottati fi żmien perijodu ta’ tliet snin mid-data tal-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu. Il-Kunsill, waqt li jaġixxi unanimament fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew, jista’ jestendi dan il-perijodu.
Jekk ikun meħtieġ, jistgħu jiġu adottati wkoll il-miżuri transitorji msemmija fl-ewwel paragrafu, qabel id-data tal-adeżjoni. Tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jew, meta dawn jaffettwaw strumenti adottati inizjalment mill-Kummissjoni, għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċeduri meħtieġa għall-adozzjoni tal-istrumenti inkwistjoni.
Artikolu 42
Jekk ikunu meħtieġa miżuri transitorji sabiex tiġi faċilitata t-transizzjoni mis-sistema eżistenti fil-Kroazja għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-regoli veterinarji, fitosanitarji u dwar is-sikurezza tal-ikel tal-Unjoni, tali miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-proċedura rilevanti kif determinat fil-leġislazzjoni applikabbli. Dawn il-miżuri għandhom jittieħdu fi żmien perijodu ta’ tliet snin mid-data tal-adeżjoni u l-applikazzjoni tagħhom għandha tkun limitata għal dak il-perijodu.
Artikolu 43
Il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jiddefinixxi t-termini li taħthom:
|
(a) |
ir-rekwiżit għal dikjarazzjoni sommarja ta’ ħruġ jista’ jitneħħa għall-prodotti msemmija fl-Artikolu 28(2) tat-TFUE li jħallu t-territorju tal-Kroazja sabiex jaqsmu t-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina f’Neum (“il-Kuritur ta’ Neum”); |
|
(b) |
ir-rekwiżit għal dikjarazzjoni sommarja ta’ dħul jista’ jitneħħa għall-prodotti li jaqgħu fl-ambitu tal-punt (a) meta jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Kroazja wara li jkunu qasmu t-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina f’Neum. |
Artikolu 44
Il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri adatti kollha biex tiżgura li l-persunal statutorju meħtieġ jinżamm fil-Kroazja għal mhux aktar minn 18-il xahar wara l-adeżjoni. Matul dan il-perijodu, l-uffiċjali, il-persunal temporanju u l-persunal kuntrattwali assenjati għal karigi fil-Kroazja qabel l-adeżjoni u li huma meħtieġa jibqgħu fis-servizz fil-Kroazja wara d-data tal-adeżjoni għandhom jibbenefikaw mill-istess kondizzjonijiet finanzjarji u materjali bħal dawk li kienu applikati qabel l-adeżjoni f’konformità mar-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg għal impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru. 259/68 (15). L-infiq amministrattiv, inklużi s-salarji għal persunal ieħor meħtieġ, għandu jkun kopert bil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
IL-ĦAMES PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET RELATATI MAL-IMPLIMENTAZZJONI TA’ DAN L-ATT
TITOLU I
ADATTAMENTI GĦAR-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-ISTITUZZJONIJIET U GĦAR-REGOLI U R-REGOLI TA’ PROĊEDURA TAL-KUMITATI
Artikolu 45
L-istituzzjonijiet għandhom, f’konformità mal-proċeduri rispettivi previsti fit-Trattati oriġinali, jadattaw ir-Regoli ta’ Proċedura tagħhom skont kif meħtieġ minħabba l-adeżjoni.
L-adattamenti għar-regoli tal-Kumitati stabbiliti bit-Trattati oriġinali u għar-Regoli ta’ Proċedura tagħhom li jsiru meħtieġa minħabba l-adeżjoni, għandhom isiru mill-iktar fis possibbli wara l-adeżjoni.
TITOLU II
APPLIKABBILTÀ TAL-ATTI TAL-ISTITUZZJONIJIET
Artikolu 46
Mal-adeżjoni, il-Kroazja għandha titqies bħala destinatarju, f’konformità mat-Trattati orġinali, tad-direttivi u deċiżjonijiet fis-sens tal-Artikolu 288 tat-TFUE. Ħlief fir-rigward ta’ direttivi u deċiżjonijiet li daħlu fis-seħħ skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 297(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 297(2) tat-TFUE, il-Kroazja għandha titqies li tkun irċeviet notifika ta’ tali direttivi u deċiżjonijiet mal-adeżjoni.
Artikolu 47
1. Il-Kroazja għandha ddaħħal fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex tikkonforma, mid-data tal-adeżjoni, mad-dispożizzjonijiet ta’ direttivi u deċiżjonijiet fis-sens tal-Artikolu 288 tat-TFUE, sakemm ma tkunx prevista skadenza oħra f’dan l-Att. Il-Kroazja għandha tikkomunika dawk il-miżuri lill-Kummissjoni sad-data tal-adeżjoni jew, f’każijiet meta l-komunikazzjoni ssir aktar tard, sal-iskadenza prevista f’dan l-Att.
2. Safejn l-emendi għad-direttivi fis-sens tal-Artikolu 288 tat-TFUE introdotti b’dan l-Att jeħtieġu modifika tal-liġijiet, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri attwali, l-Istati Membri attwali għandhom idaħħlu fis-seħħ il-miżuri meħtieġa sabiex jikkonformaw, mid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, mad-direttivi emendati, sakemm ma tkunx prevista skadenza oħra f’dan l-Att. Huma għandhom jikkomunikaw dawk il-miżuri lill-Kummissjoni sad-data tal-adeżjoni jew, meta aktar tard, sal-iskadenza prevista f’dan l-Att.
Artikolu 48
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti b’leġislazzjoni, regolament jew azzjoni amministrattiva mfasslin sabiex jiżguraw il-protezzjoni tas-saħħa tal-ħaddiema u tal-pubbliku ġenerali fit-territorju tal-Kroazja kontra l-perikli li jirriżultaw minn radjazzjoni jonizzanti għandhom, f’konformità mal-Artikolu 33 tat-Trattat tal-KEEA, ikunu komunikati mill-Kroazja lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur mill-adeżjoni.
Artikolu 49
Fuq talba debitament sostanzjata mill-Kroazja, ippreżentata lill-Kumissjoni mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni, il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni, jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali kien adottat mill-Kummissjoni, jistgħu jieħdu miżuri li jikkonsistu f’derogi temporanji minn atti adottati mill-istituzzjonijiet bejn l-1 ta’ Lulju 2011 u d-data tal-adeżjoni. Il-miżuri għandhom jiġu adottati skont ir-regoli ta’ votazzjoni li jirregolaw l-adozzjoni tal-att li minnu qed tintalab deroga temporanja. Meta dawk id-derogi jiġu adottati wara l-adeżjoni, huma jistgħu jiġu applikati mid-data tal-adeżjoni.
Artikolu 50
Fejn l-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni jeħtieġu adattament minħabba l-adeżjoni, u l-adattamenti meħtieġa ma ġewx previsti f’dan l-Att jew fl-Annessi tiegħu, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, jew il-Kummissjoni, jekk l-att oriġinali ġie adottat mill-Kummissjoni, għandhom għal dan il-għan jadottaw l-atti meħtieġa. Fejn dawk l-atti jiġu adottati wara l-adeżjoni, dawn jistgħu jiġu applikati mid-data tal-adeżjoni.
Artikolu 51
Dment li ma jkunx stipulat mod ieħor, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jimplimenta d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Artikolu 52
It-testi tal-atti tal-istituzzjonijiet adottati qabel l-adeżjoni u mfasslin minn dawn l-istituzzjonijiet bil-lingwa Kroata għandhom, mid-data tal-adeżjoni, ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijet bħat-testi mfasslin fil-lingwi uffiċjali attwali. Dawn għandhom ikunu pubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jekk it-testi fil-lingwi uffiċjali attwali kienu ġew ippubblikati bl-istess mod.
TITOLU III
DISPOŻIZZJONIJIET FINALI
Artikolu 53
L-Annessi I sa IX, l-Appendiċi tagħhom u l-Protokoll huma parti integrali minn dan l-Att.
Artikolu 54
Il-Gvern tar-Repubblika Taljana għandu jitrasmetti lill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja kopja awtentikata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u t-Trattati li jemendawhom jew jissupplimentawhom, inkluż it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju tad-Danimarka, tal-Irlanda u tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ellenika, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Renju ta’ Spanja u tar-Repubblika Portugiża, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja, it-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka u t-Trattat dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija, bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Irlandiża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana u Ungeriża.
It-testi tat-Trattati msemmija fl-ewwel paragrafu, imfasslin fil-lingwa Kroata, għandhom jiġu annessi ma’ dan l-Att. Dawk it-testi għandhom ikunu awtentiċi taħt l-istess kondizzjonijiet bħat-testi ta’ dawk it-Trattati, imfassla fil-lingwi uffiċjali attwali.
Artikolu 55
Kopja awtentikata tal-ftehimiet internazzjonali depożitati fl-arkivji tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandha tiġi trasmessa lill-Gvern tar-Repubblika tal-Kroazja mis-Segretarju Ġenerali.
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.
(2) ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.
(3) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27, ĠU L 287, 28.10.2005, p. 4 u ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 33.
(4) ĠU L 287, 4.11.2010, p. 3.
(6) ĠU L 79, 22.3.2002, p. 42.
(7) GU L 210, 31.7.2006, p. 82.
(8) ĠU L 248, 19.9.2002, p. 1.
(10) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. u ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26.
(11) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(12) ĠU L 26, 28.1.2005, p. 3.
(13) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.
ANNESS I
Lista ta' konvenzjonijiet u protokolli li għalihom taderixxi r-Repubblika tal-Kroazja mal-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 3(4) tal-Att tal-Adeżjoni)
|
1. |
Il-Konvenzjoni tat-23 ta' Lulju 1990 dwar l-eliminazzjoni tat-taxxa doppja in konnessjoni mal-aġġustament tal-qligħ ta' intrapriżi assoċjati (ĠU L 225, 20.8.1990, p. 10)
|
|
2. |
Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Lulju 1995, li saret fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU C 316, 27.11.1995, p. 49)
|
|
3. |
Il-Konvenzjoni tas-26 ta' Mejju 1997, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 195, 25.6.1997, p. 2) |
|
4. |
Il-Konvenzjoni tat-18 ta' Diċembru 1997, magħmula fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fuq assistenza reċiproka u kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet doganali (ĠU C 24, 23.1.1998, p. 2) |
|
5. |
Il-Konvenzjoni tas-17 ta' Ġunju 1998, imfassla abbażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar skwalifiki tas-sewqan (ĠU C 216, 10.7.1998, p. 2) |
|
6. |
Il-Konvenzjoni tad-29 ta' Mejju 2000, stabbilita mill-Kunsill skont l-Artikolu 34 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dwar l-Assistenza Reċiproka f'Materji Kriminali bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 197, 12.7.2000, p. 3)
|
ANNESS II
Lista ta’ dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen kif integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-atti li jibnu fuqu jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu, li għandhom jorbtu lir-Repubblika tal-Kroazja, fuq u jkunu applikabbli fiha, mill-adeżjoni (imsemmija fl-Artikolu 4(1) tal-Att tal-Adeżjoni)
|
1. |
Il-Ftehim bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom tal-14 ta’ Ġunju 1985 (1). |
|
2. |
Id-dispożizzjonijiet li ġejjin tal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Att Finali u d-Dikjarazzjonijiet Konġunti relatati miegħu (2), kif emendati minn uħud mill-atti elenkati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness:
L-Artikolu 1 safejn jirrigwarda d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu; l-Artikolu 26; l-Artikolu 39; l-Artikoli 44 sa 49 (bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 47(4) u l-Artikolu 49(a)), l-Artikolu 51, l-Artikoli 54 sa 58; l-Artikolu 62(3); l-Artikoli 67 sa 69; l-Artikoli 71 u 72; l-Artikoli 75 u 76; l-Artikolu 82; l-Artikolu 91; l-Artikoli 126 sa 130 safejn jirrigwardaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu; u l-Artikolu 136; id-Dikjarazzjonijiet Konġunti 1 u 3 tal-Att Finali. |
|
3. |
Id-dispożizzjonijiet, li ġejjin, tal-Ftehim dwar l-Adeżjoni mal-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, l-Atti Finali tagħhom u d-Dikjarazzjonijiet relatati, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness:
|
|
4. |
Il-ftehimiet u l-arranġamenti li ġejjin li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu:
|
|
5. |
Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjonijiet li ġejjin (ara ĠU L 239, 22.9.2000, p. 1) tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni iffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, kif emendati b'ċerti atti elenkati fil-paragrafu 8 ta’ dan l-Anness:
|
|
6. |
Id-Dikjarazzjonijiet li ġejjin (ara ĠU L 239, 22.9.2000, p. 1) tal-Kumitat Eżekuttiv stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness:
|
|
7. |
Id-Deċiżjonijiet li ġejjin (ara ĠU L 239, 22.9.2000, p. 1) tal-Grupp Ċentrali stabbilit mill-Konvenzjoni ffirmata f'Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 dwar l-abolizzjoni gradwali ta’ kontrolli fuq il-fruntieri komuni tagħhom, sa fejn huma relatati mad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Anness:
|
|
8. |
L-atti li ġejjin li jibnu fuq l-acquis ta’ Schengen jew li huma b'xi mod ieħor relatati miegħu:
|
(1) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 13.
(2) ĠU L 239, 22.9.2000, p. 19.
(3) Sakemm dak il-Protokoll għadu mhux konkluż, safejn huwa japplika proviżorjament.
ANNESS III
Lista msemmija fl-Artikolu 15 tal-Att tal-Adeżjoni: adattamenti għal atti adottati mill-istituzzjonijiet
1. LIBERTÀ TA' PROVVISTA TA' SERVIZZI
32005 L 0036: Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta' Settembru 2005 dwar ir-rikonoxximent ta' kwalifiki professjonali, (ĠU L 255, 30.9.2005, p. 22).
|
(a) |
L-Artikolu 23(5) huwa sostitwit b'dan li ġej: “5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 43b, kull Stat Membru għandu jirrikonoxxi l-provi ta' kwalifiki formali għal tabib li jagħtu aċċess għall-attivitajiet professjonali ta' tabib b'taħriġ bażiku u tabib speċjalizzat, bħala infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, bħala dentist, bħala dentist speċjalizzat, bħala kirurgu veterinarju, bħala qabla, bħala spiżjar u bħala perit li jkollhom iċ-ċittadini tal-Istati Membri u li jkunu nħarġu minn dik li kienet il-Jugoslavja, jew li t-taħriġ tagħhom beda,
fejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri msemmija hawn fuq jiċċertifikaw li dawn il-provi għandhom l-istess validità legali fit-territorju tagħhom bħall-provi maħruġin minnhom u, rigward il-periti, bħall-provi ta' kwalifiki formali speċifikati għal dawk l-Istati Membri fil-punt 6 tal-Anness VI, rigward l-aċċess għall-attivitajiet professjonali ta' tabib b'taħriġ bażiku, tabib speċjalizzat, infermiera responsabbli għall-kura ġenerali, dentist, dentist speċjalizzat, kirurgu veterinarju, qabla u spiżjar rigward l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 45(2), u perit rigward l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 48, u l-eżerċizzju ta' dawn l-attivitajiet. Din iċ-ċertifikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn ċertifikat maħruġ minn dawk l-istess awtoritajiet li jiddikjara li dawn il-persuni kienu jeżerċitaw effettivament u legalment l-attivitajiet inkwistjoni fit-territorju tagħhom għal mhux inqas minn tliet snin konsekuttivi matul il-ħames snin qabel id-data tal-ħruġ taċ-ċertifikat.”. |
|
(b) |
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 43b Id-drittijiet miksuba fl-ostetriċja m'għandhomx japplikaw għall-kwalifiki li ġejjin li kienu nkisbu fil-Kroazja qabel l-1 ta' Lulju 2013: viša medicinska sestra ginekološko-opstetričkog smjera (Ġinekoloġija ta' Livell Għoli-Infermiera Ostetrika), medicinska sestra ginekološko-opstetričkog smjera (Ġinekoloġija-Infermiera Ostetrika), viša medicinska sestra primaljskog smjera (Infermiera ta' Livell Għoli b'Lawrja fl-Ostetriċja), medicinska sestra primaljskog smjera (Infermiera b'Lawrja fl-Ostetriċja), ginekološko-opstetrička primalja (Ġinekoloġija-Qabla Ostetrika) kif ukoll primalja (Qabla).”. |
2. LIĠI DWAR IL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI
I. TRADE MARK KOMUNITARJA
32009 R 0207: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, 24.3.2009, p. 1).
L-Artikolu 165(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, il-Kroazja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda”), trade mark Komunitarja reġistrata jew li saret applikazzjoni għaliha skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva tagħhom għandha tiġi estiża għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollha effett ugwali fil-Komunità kollha.”
II. ĊERTIFIKATI SUPPLEMENTARI TA' PROTEZZJONI
|
1. |
31996 R 1610: Regolament (KE) Nru 1610/96 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1996 dwar il-ħolqien ta' kull ċertifikat supplimentari ta' ħarsien għall-prodotti tal-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 198, 8.8.1996, p. 30).
|
|
2. |
32009 R 0469: Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2009 dwar iċ-ċertifikat ta' protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, 16.6.2009, p. 1).
|
III. DISINNI KOMUNITARJI
32002 R 0006: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002 tat-12 ta' Diċembru 2001 dwar id-disinji Komunitarji (ĠU L 3, 5.1.2002, p. 1).
L-Artikolu 110a(1) huwa sostitwit b'dan li ġej:
“1. Mid-data tal-adeżjoni tal-Bulgarija, tar-Repubblika Ċeka, tal-Estonja, tal-Kroazja, ta' Ċipru, tal-Latvja, tal-Litwanja, tal-Ungerija, ta' Malta, tal-Polonja, tar-Rumanija, tas-Slovenja u tas-Slovakkja (minn hawn 'il quddiem imsejħa “l-Istat Membru l-ġdid jew l-Istati Membri l-ġodda”), disinn Komunitarju protett jew li għalih issir applikazzjoni skont dan ir-Regolament qabel id-data tal-adeżjoni rispettiva għandu jiġi estiż għat-territorju ta' dawk l-Istati Membri sabiex ikollu effett ugwali fil-Komunità kollha.”.
3. SERVIZZI FINANZJARJI
32006 L 0048: Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2006 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-istituzzjonijiet ta' kreditu (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 177, 30.6.2006, p. 1).
Fl-Artikolu 2, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:
|
“— |
fil-Kroazja, il-“kreditne unije” u l-“Hrvatska banka za obnovu i razvitak”,” |
4. AGRIKOLTURA
|
1. |
31991 R 1601: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1601/91 tal-10 ta' Ġunju 1991 li jistabbilixxi regoli ġenerali dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni u l-preżentazzjoni ta' nbejjed aromatizzati, xorb ibbażat fuq inbid aromatizzat u cocktails aromatizzati magħmula mill-prodotti tal-inbid (ĠU L 149, 14.6.1991, p. 1).
Fl-Anness II, jiddaħħal dan li ġej wara d-denominazzjoni ġeografika “Nürnberger Glühwein”: “Samoborski bermet” |
|
2. |
32007 R 1234: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
3. |
32008 R 0110: Regolament (KE) Nru 110/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, l-ittikkettar, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi, ta' xorb spirituż u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1576/89 (ĠU L 39, 13.2.2008, p. 16).
|
|
4. |
32009 R 0073: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
5. SAJD
|
1. |
32002 R 2371: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).
Fl-Anness I, jiżdiedu l-partijiet li ġejjin: “11. ILMIJIET TAL-KOSTA TAL-KROAZJA (*2)
12. ILMIJIET TAL-KOSTA TAS-SLOVENJA (*3)
|
|
2. |
32006 R 1198: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tas-27 ta' Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd (ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1).
|
6. TASSAZZJONI
|
1. |
32006 L 0112: Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
Fl-Artikolu 287, jiżdied il-punt li ġej:
|
|
2. |
32008 L 0118: Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 12).
L-Artikolu 46(3) huwa sostitwit b'dan li ġej: “3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 32, l-Istati Membri mhux imsemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 92/79/KEE jistgħu, fir-rigward tas-sigaretti li jistgħu jiddaħħlu fit-territorju tagħhom mingħajr aktar ħlas ta' dazji tas-sisa, japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014 limitu kwantitattiv ta' mhux inqas minn 300 oġġett fir-rigward ta' sigaretti mdaħħlin minn Stat Membru li japplika, f'konformità mat-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva, dazji tas-sisa aktar baxxi minn dawk li jirriżultaw mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(2) tagħha. L-Istati Membri msemmija fit-tielet u r-raba' subparagrafi tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 92/79/KEE li jimponu dazju tas-sisa ta' mill-anqas EUR 77 għal kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut, jistgħu, mill-1 ta' Jannar 2014, japplikaw limitu kwantitattiv ta' mhux inqas minn 300 oġġett fir-rigward ta' sigaretti mdaħħlin fit-territorju tagħhom mingħajr ma jitħallsu aktar dazji tas-sisa minn Stat Membru li japplika dazju tas-sisa aktar baxx f'konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 2(2) ta' dik id-Direttiva. L-Istati Membri li japplikaw limitu kwantitattiv f'konformità mal-ewwel u t-tieni subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni b'dan. Huma jistgħu jwettqu l-kontrolli meħtieġa dment li dawn il-kontrolli ma jaffettwawx il-funzjonament korrett tas-suq intern.” |
7. POLITIKA REĠJONALI U KOORDINAZZJONI TA’ STRUMENTI STRUTTURALI
|
1. |
32006 R 1083: Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
32006 R 1084: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1084/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 79).
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 5a Dispożizzjonijiet speċifiċi wara l-adeżjoni tal-Kroazja 1. Miżuri li, fid-data tal-adeżjoni tal-Kroazja, kienu s-suġġett ta' deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar assistenza skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1267/1999 tal-21 ta' Ġunju 1999 li jistabbilixxi kull strument għal Politika Strutturali għal Qabel l-Adeżjoni (*8) u li l-implimentazzjoni tagħhom ma tlestietx sa dik id-data għandhom ikunu kkunsidrati bħala approvati mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 2 sa 5, id-dispożizzjonijiet li jirregolaw l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet approvati skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandhom japplikaw għall-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 2. Kwalunkwe proċedura tal-akkwist li tirrigwarda miżuri msemmija fil-paragrafu 1 li, fid-data tal-adeżjoni, diġà kienu s-suġġett ta' sejħa għall-offerti pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata f'konformità mar-regoli stabbiliti f'dik is-sejħa għall-offerti. L-Artikolu 165 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (*9) m’għandux japplika. Kwalunkwe proċedura tal-akkwist li tirrigwarda miżura msemmija fil-paragrafu 1 li, fid-data tal-adeżjoni, kienet għadha ma saritx is-suġġett ta' sejħa għall-offerti pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi implimentata f'konformità mat-Trattati jew mal-atti adottati skont it-Trattati kif ukoll mal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006. 3. Pagamenti magħmula mill-Kummissjoni taħt miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitqiesu bħala kontribuzzjoni mill-Fond skont dan ir-Regolament. Pagamenti magħmula mill-Kummissjoni taħt miżura msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu assenjati lill-impenn miftuħ l-iżjed kmieni magħmul l-ewwelnett skont ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999, u mbagħad skont dan ir-Regolament u r-Regolament (KE) Nru 1083/2006. Il-kondizzjonijiet għal pagamenti interim jew għall-bilanċ finali huma dawk kif stabbiliti fil-paragrafu 2 (b) sa (d) u l-paragrafi 3 sa 5 tal-Artikolu D fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1164/94. 4. Għall-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, ir-regoli li jirregolaw l-eliġibbiltà tan-nefqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1267/1999 jew speċifikament stabbiliti fil-ftehimiet ta' finanzjament rilevanti għandhom jibqgħu applikabbli, ħlief f'każijiet debitament ġustifikati li dwarhom għandha tittieħed deċiżjoni mill-Kummissjoni fuq talba tal-Kroazja. 5. Jekk ikunu meħtieġa xi miżuri biex jiffaċilitaw it-transizzjoni tal-Kroazja mir-reġim ta' qabel l-adeżjoni għal dak li jirriżulta mill-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa. |
8. AMBJENT
|
1. |
32003 L 0087: Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
|
|
2. |
32009 D 0406: Id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136).
Fl-Anness II, jiddaħħal dan li ġej wara l-entrata għal Franza:
|
(*7) ĠU L 170, 29.6.2007, p. 1.”
(*8) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 73.
(*9) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.” ”
(*4) Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 25(3), ir-rati (B) għall-Grupp 2 jiżdiedu b'20 punt perċentwali. Ir-rati (A) jitnaqqsu skont dan.
(*5) Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 26(2), (investiment abbord fit-tifsira tal-Artikolu 25 f'bastimenti tas-sajd kostali ta' skala żgħira), ir-rati (B) għall-Grupp 2 jistgħu jitnaqqsu b'20 punt perċentwali. Ir-rati (A) jiżdiedu skont dan.
(*6) Fil-każ ta' operazzjonijiet imsemmijin fl-Artikoli 29 u 35 meta mwettqa minn intrapriżi mhux koperti mid-definizzjoni fl-Artikolu 3(f) b'inqas minn 750 impjegat jew bi dħul mill-bejgħ ta' inqas minn EUR 200 miljun, ir-rati (B) jiżdiedu fir-reġjuni koperti mill-objettiv ta' Konverġenza, bl-eċċezzjoni tal-gżejjer Griegi mbiegħda u l-gżejjer Kroati Dugi otok, Vis, Mljet u Lastovo, bi 30 punt perċentwali u fir-reġjuni mhux koperti mill-objettiv ta' Konverġenza b'20 punt perċentwali. Ir-rati (A) jitnaqqsu skont dan.”
ANNESS IV
Lista msemmija fl-Artikolu 16 tal-Att tal-Adeżjoni: dispożizzjonijiet permanenti oħrajn
1. LIĠI DWAR IL-PROPRJETÀ INTELLETTWALI
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu II, Moviment Liberu tal-Merkanzija
MEKKANIŻMU SPEĊIFIKU
Fir-rigward tal-Kroazja, id-detentur, jew il-benefiċjarju tad-detentur, ta' privattiva jew Ċertifikat Supplimentari ta' Protezzjoni (ĊSP) għal prodott mediċinali depożitati fi Stat Membru fiż-żmien meta tali protezzjoni ma setgħetx tinkiseb fil-Kroazja għal dak il-prodott, jista' jserraħ fuq id-drittijiet garantiti minn dik il-privattiva jew ĊPS sabiex jipprevjeni l-importazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta' dak il-prodott fl-Istat Membru jew l-Stati Membri fejn il-prodott inkwistjoni jgawdi privattiva jew protezzjoni ĊPS, anke jekk dan il-prodott ikun tqiegħed fis-suq fil-Kroazja għall-ewwel darba mid-detentur jew fil-kunsens tad-detentur.
Kwalunkwe persuna li għandha l-ħsieb timporta jew tikkummerċjalizza prodott mediċinali kopert mill-ewwel paragrafu fi Stat Membru fejn il-prodott igawdi protezzjoni permezz ta' privattiva jew ċertifikat ta' protezzjoni ĊPS għandha turi lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjoni rigward dik l-importazzjoni li ġiet mogħtija notifika ta' xahar bil-quddiem lid-detentur jew lill-benefiċjarju ta' tali protezzjoni.
2. POLITIKA DWAR IL-KOMPETIZZJONI
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu VII, Kapitolu 1, Regoli dwar il-Kompetizzjoni
|
1. |
L-iskemi ta' għajnuna li ġejjin u l-għajnuna individwali li daħlu fis-seħħ fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data għandhom jitqiesu mal-adeżjoni, bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE:
Il-miżuri kollha li jkunu għadhom applikabbli wara d-data tal-adeżjoni li jikkostitwixxu Għajnuna mill-Istat u li ma jissodisfawx il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn fuq għandhom jitqiesu bħala għajnuna ġdida mal-adeżjoni għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. Id-dispożizzjonijiet ta' hawn fuq ma japplikawx għal għajnuna għal attivitajiet marbutin mal-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti elenkati fl-Anness I għat-TUE u t-TFUE. |
|
2. |
Sa fejn il-Kroazja tkun tixtieq li l-Kummissjoni teżamina miżura ta' għajnuna taħt il-proċedura deskritta fil-punt (c) tal-paragrafu 1, din għandha regolarment tipprovdi lill-Kummissjoni:
skont il-format għar-rapportaġġ konkret ipprovdut mill-Kummissjoni. Jekk il-Kummissjoni ma toġġezzjonax għall-miżura ta' għajnuna eżistenti abbażi ta' dubbji serji dwar il-kompatibbiltà tal-miżura mas-suq intern, fi żmien tliet xhur minn meta tasal l-informazzjoni kompleta dwar dik il-miżura jew minn meta tasal id-dikjarazzjoni tal-Kroazja li fiha tinforma lill-Kummissjoni li hija tqis l-informazzjoni pprovduta bħala kompleta billi l-informazzjoni supplimentari mitluba mhijiex disponibbli jew tkun diġà ngħatat, il-Kummissjoni għandha titqies li ma tkunx ressqet oġġezzjoni. Il-miżuri ta' għajnuna kollha ppreżentati lill-Kummissjoni skont il-proċedura deskritta fil-punt (c) tal-paragrafu 1 qabel id-data tal-adeżjoni huma soġġetti għal dik il-proċedura irrispettivament mill-fatt li fil-perijodu tal-eżami l-Kroazja tkun diġà saret membru tal-Unjoni. |
|
3. |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni li toġġezzjona għal miżura, fit-tifsira tal-punt (c) tal-paragrafu 1, għandha titqies bħala deċiżjoni sabiex jingħata bidu għall-proċedura ta' investigazzjoni formali fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (1) (issa l-Artikolu 108 tat-TFUE).
Jekk tali deċiżjoni tittieħed qabel id-data tal-adeżjoni, id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ biss fid-data tal-adeżjoni. |
3. AGRIKOLTURA
(a) Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu III, Agrikoltura u Sajd
|
1. |
L-istokkijiet pubbliċi miżmumin fid-data tal-adeżjoni mill-Kroazja u li jirriżultaw mill-politika tagħha ta' appoġġ għas-suq għandhom jiġu ttrasferiti lill-Unjoni bil-valur li jirriżulta mill-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1)(d) u l-Anness VIII tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006 tal-21 ta' Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (EAGF) tal-miżuri ta' intervent taħt forma ta' operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta' ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (2). L-istokkijiet imsemmija għandhom jiġu ttrasferiti biss bil-kondizzjoni li l-intervent pubbliku għall-prodotti inkwistjoni jiġi operat fl-Unjoni u li l-istokkijiet jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' intervent tal-Unjoni. |
|
2. |
Għal kwalunkwe stokkijiet, kemm jekk privati jew pubbliċi, f'ċirkolazzjoni libera fid-data tal-adeżjoni fil-Kroazja u li jaqbżu l-livell ta' dak li jista' jitqies bħala riport normali ta' stokk, il-Kroazja għandha tiġi imposta pagament għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
L-ammont tal-pagament għandu jkun fiss f'livell li jirrifletti l-ispiża relatata mal-effetti tal-istokk żejjed fis-swieq ta' prodotti agrikoli. Il-livell tal-istokk żejjed għandu jiġi ddeterminat għal kull prodott b'kont meħud tal-karatteristiċi ta' kull prodott u s-swieq rilevanti kif ukoll tal-leġislazzjoni tal-Unjoni applikabbli għalih. |
|
3. |
L-istokkijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jitnaqqsu mill-kwantità li taqbeż ir-riport normali tal-istokkijiet. |
|
4. |
Il-Kummissjoni għandha timplimenta u tapplika l-arranġamenti deskritti fil-paragrafi 1 sa 3 f'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 41(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta' Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (3) jew, kif adatt, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 jew il-proċedura ta' kumitat rilevanti kif iddeterminat fil-leġislazzjoni applikabbli). |
(b) Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu VII, Kapitolu 1, Regoli dwar il-kompetizzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri dwar l-għajnuna eżistenti previsti fl-Artikolu 108 tat-TFUE, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali mogħtija għal attivitajiet marbutin mal-produzzjoni ta' u l-kummerċ fi prodotti elenkati fl-Anness I għat-TUE u t-TFUE, bl-eċċezzjoni ta' prodotti tas-sajd u prodotti derivati minnhom, li jkunu bdew jitwettqu fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data, għandhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
il-miżuri ta' għajnuna għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien perjodu ta’ erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-bażi legali għal kull miżura. Miżuri ta' għajnuna eżistenti u pjani sabiex tingħata jew tinbidel għajnuna kkomunikati lill-Kummissjoni qabel id-data tal-adeżjoni għandhom jitqiesu bħallikieku ġew ikkomunikati fid-data tal-adeżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' tali l-għajnuna. |
Dawk il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu bħala għajnuna “eżistenti” fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE għal perijodu ta' tliet snin mid-data tal-adeżjoni.
Fi żmien tliet snin mid-data tal-adeżjoni l-Kroazja għandha, fejn meħtieġ, temenda dawn il-miżuri ta' għajnuna sabiex jikkonformaw mal-linji gwida applikati mill-Kummissjoni. Wara dak il-perijodu, kwalunkwe għajnuna li tinsab li tkun inkompatibbli ma' dawk il-linji gwida għandha titqies bħala għajnuna ġdida.
4. SAJD
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu VII, Kapitolu 1, Regoli dwar il-kompetizzjoni
Mingħajr preġudizzju għall-proċeduri dwar l-għajnuna eżistenti previsti fl-Artikolu 108 tat-TFUE, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali mogħtija għal attivitajiet marbutin mal-produzzjoni u l-kummerċ ta' prodotti tas-sajd u prodotti derivati minnhom elenkati fl-Anness I għat-TUE u t-TFUE, li daħlu fis-seħħ fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni u li jkunu għadhom applikabbli wara dik id-data, għandhom jitqiesu bħala għajnuna eżistenti fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE soġġett għall-kondizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
il-miżuri ta' għajnuna għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni fi żmien perijodu ta’ erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. Din il-komunikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-bażi legali għal kull miżura. Miżuri ta' għajnuna eżistenti u pjani sabiex jingħataw jew jinbidlu għajnuniet li jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni qabel id-data tal-adeżjoni għandhom jitqiesu bħallikieku ġew ikkomunikati fid-data tal-adeżjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta' dawn l-għajnuniet. Dawk il-miżuri ta' għajnuna għandhom jitqiesu bħala għajnuna “eżistenti” fit-tifsira tal-Artikolu 108(1) tat-TFUE matul perijodu ta' tliet snin mid-data tal-adeżjoni. Fi żmien tliet snin mid-data tal-adeżjoni il-Kroazja għandha, fejn meħtieġ, temenda dawn il-miżuri ta' għajnuna sabiex jikkonformaw mal-linji gwida applikati mill-Kummissjoni. Wara dak il-perijodu, kwalunkwe għajnuna li tinsab li tkun inkompatibbli ma' dawk il-linji gwida għandha titqies bħala għajnuna ġdida. |
5. UNJONI DOGANALI
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Parti Tlieta, Titolu II, Moviment Liberu tal-Merkanzija, Kapitolu 1, L-Unjoni doganali
31992 R 2913: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
31993 R 2454: Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin.
PROVA TA' STATUS TAL-UNJONI (KUMMERĊ FL-UNJONI MKABBRA)
|
1. |
Minkejja l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, il-merkanzija li fid-data tal-adeżjoni tkun tinsab maħżuna temporanjament jew taħt xi wieħed mit-trattamenti u proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(15)(b) u (16)(b) sa (h) ta' dak ir-Regolament fl-Unjoni mkabbra, jew li tkun qiegħda tiġi trasportata wara li kienet soġġetta għall-formalitajiet tal-esportazzjoni fl-Unjoni mkabbra, għandha tkun ħielsa mid-dazji doganali u miżuri doganali oħrajn meta tiġi ddikjarata għar-rilaxx fiċ-ċirkolazzjoni libera fl-Unjoni mkabbra bil-kondizzjoni li jiġi ppreżentat wieħed minn dawn li ġejjin:
|
|
2. |
Għall-fini tal-ħruġ tal-provi msemmija fil-paragrafu 1(b), b'referenza għas-sitwazzjoni fid-data tal-adeżjoni u flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, "merkanzija Komunitarja" għandha tfisser merkanzija:
|
|
3. |
Għall-finijiet tal-verifika tal-provi msemmija fil-paragrafu 1(a) hawn fuq, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva taħt il-FSA. It-talbiet għal verifika sussegwenti ta' tali provi għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri attwali u tal-Kroazja għal perijodu ta' tliet snin mill-ħruġ jew il-kompilazzjoni tal-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perijodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova tal-oriġini b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera. |
PROVA TAL-ORIĠINI PREFERENZJALI (KUMMERĊ MA' PAJJIŻI TERZI, INKLUŻA T-TURKIJA, FIL-QAFAS TAL-FTEHIM PREFERENZJALI DWAR L-AGRIKOLTURA, IL-FAĦAM U PRODOTTI TAL-AZZAR)
|
4. |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, il-prova tal-oriġini maħruġa kif suppost minn pajjiżi terzi jew kompilata fil-qafas ta' ftehimiet preferenzjali konklużi mill-Kroazja ma' dawk il-pajjiżi terzi għandha tiġi aċċettata fil-Kroazja, dment li:
Fejn il-merkanzija tkun ġiet dikjarata għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fil-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni, il-prova tal-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament skont ftehimiet preferenzjali fis-seħħ fid-data għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera tista' tiġi aċċettata wkoll fil-Kroazja, dment li tali prova tal-oriġini tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet doganali matul il-perijodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. |
|
5. |
Il-Kroazja hija awtorizzata li żżomm l-awtorizzazzjonijiet li bihom ġie mogħti l-istatus ta' "esportaturi approvati" fil-qafas ta' ftehimiet konklużi ma' pajjiżi terzi, dment li:
Dawn l-awtorizzazzjonijiet għandhom jiġu sostitwiti mill-Kroazja, mhux aktar tard minn sena mid-data tal-adeżjoni, b'awtorizzazzjonijiet ġodda maħruġin skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni. |
|
6. |
Għall-fini tal-verifika tal-prova msemmija fil-paragrafu 4, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva tal-ftehimiet jew l-arranġamenti rilevanti. It-talbiet għal verifika sussegwenti ta' tali prova għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri attwali u tal-Kroazja għal perijodu ta' tliet snin wara l-ħruġ jew il-kompilazzjoni tal-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perijodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova tal-oriġini b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera. |
|
7. |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, il-prova tal-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament minn pajjiżi terzi fil-qafas ta' ftehimiet jew arranġamenti preferenzjali li l-Unjoni tkun ikkonkludiet ma', jew adottat fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi terzi għandha tkun aċċettata fil-Kroazja għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li fid-data tal-adeżjoni tkun qiegħda tiġi trasportata jew tkun f'ħażna temporanja, f'maħżen doganali jew f'żona ħielsa f'wieħed minn dawn il-pajjiżi terzi jew fil-Kroazja, dment li l-Kroazja ma kellha l-ebda ftehim ta' kummerċ ħieles fis-seħħ mal-pajjiż terz, għall-prodotti kkonċernati, fil-mument meta d-dokumenti tat-trasport ikunu nħarġu, u dment li:
|
|
8. |
Għall-fini tal-verifika tal-provi msemmija fil-paragrafu 7, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva tal-ftehimiet jew l-arranġamenti rilevanti. |
PROVA TA' STATUS SKONT ID-DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IĊ-ĊIRKOLAZZJONI LIBERA GĦAL PRODOTTI INDUSTRIJALI FL-UNJONI DOGANALI UE-TURKIJA
|
9. |
Il-prova tal-oriġini maħruġa kif suppost mit-Turkija jew mill-Kroazja jew kompilata fil-qafas ta' ftehimiet ta' kummerċ preferenzjali applikati bejniethom u li jipprevedu l-projbizzjoni tar-restituzzjoni, jew eżenzjoni minn, dazji doganali fuq il-merkanzija konċernata għandha tkun aċċettata fil-pajjiżi rispettivi bħala prova ta' status skont id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti industrijali, stabbiliti fid-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' l-Assoċjazzjoni KE-Turkija tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali ta' l-Unjoni Doganali (4) (minn issa "id-Deċiżjoni Nru 1/95"), dment li:
Fejn il-merkanzija tkun ġiet iddikjarata għar-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera fit-Turkija jew fil-Kroazja, qabel id-data tal-adeżjoni, fil-qafas ta' ftehimiet ta' kummerċ preferenzjali msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-prova tal-oriġini maħruġa jew kompilata retrospettivament skont dawk il-ftehimiet tista' wkoll tiġi aċċettata dment li tiġi preżentata lill-awtoritajiet doganali fi żmien perijodu ta' erba' xhur mid-data tal-adeżjoni. |
|
10. |
Għall-fini tal-verifika tal-prova msemmija fil-paragrafu 9, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar id-definizzjoni ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva tal-ftehimiet preferenzjali rilevanti. It-talbiet għal verifika sussegwenti ta' tali prova għandhom ikunu aċċettati mill-awtoritajiet doganali kompetenti tal-Istati Membri attwali u tal-Kroazja għal perijodu ta' tliet snin wara l-ħruġ jew il-kompilazzjoni tal-prova tal-oriġini kkonċernata u jistgħu jsiru minn dawk l-awtoritajiet għal perijodu ta' tliet snin wara li tkun ġiet aċċettata l-prova tal-oriġini b'appoġġ għal dikjarazzjoni ta' ċirkolazzjoni libera. |
|
11. |
Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura li tirriżulta mill-politika kummerċjali komuni, għandu jiġi aċċettat fil-Kroazja ċertifikat ta' moviment A.TR maħruġ skont id-dispożizzjonijiet dwar iċ-ċirkolazzjoni libera għal prodotti industrijali, stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 1/95, għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera ta' merkanzija li fid-data tal-adeżjoni tkun qiegħda tiġi trasportata wara li tkun ġiet soġġetta għall-formalitajiet ta' esportazzjoni fl-Unjoni jew fit-Turkija, jew li tkun qiegħda f'ħażna temporanja jew skont xi proċedura doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(b) sa (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 fit-Turkija jew fil-Kroazja, dment li:
|
|
12. |
Għall-fini tal-verifika taċ-ċertifikati ta' moviment A.TR imsemmija fil-paragrafu 11, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-ħruġ ta' ċertifikati ta' moviment A.TR u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva skont Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni Doganali KE-Turkija tas-26 ta' Lulju 2006 li tistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni KE-Turkija (5). |
PROĊEDURI DOGANALI
|
13. |
Il-ħażna temporanja u l-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(b) sa (h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li bdew qabel l-adeżjoni għandhom jintemmu jew jitwettqu skont il-kondizzjonijiet tal-leġislazzjoni tal-Unjoni.
Fejn it-tmiem jew ir-rilaxx jagħti lok għal dejn doganali, l-ammont ta' dazju tal-importazzjoni li għandu jitħallas għandu jkun dak fis-seħħ meta sar id-dejn doganali f'konformità mat-Tariffa Doganali Komuni u l-ammont imħallas għandu jitqies bħala parti mir-riżorsi proprji tal-Unjoni. |
|
14. |
Il-proċeduri li jirregolaw it-tqegħid f'imħażen doganali stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 98 sa 113 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 535 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
|
15. |
Il-proċeduri li jirregolaw l-ipproċessar attiv stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 114 sa 129 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 536 sa 550 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
|
16. |
Il-proċeduri li jirregolaw l-importazzjoni temporanja stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 137 sa 144 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 553 sa 584 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
|
17. |
Il-proċeduri li jirregolaw l-ipproċessar passiv stabbiliti fl-Artikoli 84 sa 90 u 145 sa 160 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 496 sa 523 u 585 sa 592 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
DISPOŻIZZJONIJIET OĦRAJN
|
18. |
L-awtorizzazzjonijiet li jkunu ngħataw mill-Kroazja qabel id-data tal-adeżjoni għall-użu tal-proċeduri doganali msemmija fl-Artikolu 4(16)(d), (e) u (g) jew l-istatus tal-Operaturi Ekonomiċi Awtorizzati msemmija fl-Artikolu 5a(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 għandhom ikunu validi sal-aħħar tal-validità tagħhom jew sa sena mid-data tal-adeżjoni, skont liema tiġi l-ewwel. |
|
19. |
Il-proċeduri li jirregolaw il-ħolqien ta' dejn doganali, l-entrati fil-kotba tal-kontijiet u l-irkupru wara r-rilaxx tal-merkanzija stabbiliti fl-Artikoli 201 sa 232 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 859 sa 876a tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
|
20. |
Il-proċeduri li jirregolaw il-ħlas lura u l-maħfra ta' dazju stabbiliti fl-Artikoli 235 sa 242 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 u l-Artikoli 877 sa 912 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 għandhom japplikaw għall-Kroazja soġġett għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin:
|
(2) ĠU L 171, 23.6.2006, p. 35 u ĠU L 326 M, 10.12.2010, p. 70.
Appendiċi għall-ANNESS IV
Lista ta' miżuri ta' għajnuna eżistenti msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1tal-mekkaniżmu eżistenti ta' għajnuna previst fit-Taqsima 2 (“Politika tal-kompetizzjoni”)
|
Nota: |
Il-miżuri ta' għajnuna elenkati f'dan l-Appendiċi għandhom jitqiesu biss bħala għajnuna eżistenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta' għajnuna eżistenti stabbilit fit-Taqsima 2 sa fejn dawn jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-paragrafu 1 tiegħu. |
|
Numru ta’ Reġistrazzjoni |
Titolu (oriġinali) |
Data ta' approvazzjoni mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni |
Tul ta' żmien |
||
|
Stat Membru |
Nru |
Sena |
|||
|
HR |
1 |
2011 |
Zakon o slobodnim zonama (NN 44/96, 92/05, 85/08) |
17/06/2008 |
31/12/2016 |
|
HR |
3 |
2011 |
Zakon o Hrvatskoj radioteleviziji (NN 137/10) |
21/10/2010 |
Mingħajr limitu |
|
HR |
4 |
2011 |
Odluka o otvorenosti Zračne luke Osijek d.o.o. u razdoblju od 2009. do 2013. godine, od 20. veljače 2009. i 24. travnja 2009. |
25/05/2009 |
31/12/2013 |
|
HR |
5 |
2011 |
Program financiranja nakladništva od 2011. do 2013. |
10/02/2011 |
31/12/2013 |
|
HR |
6 |
2011 |
Naknadno odobrenje državnih potpora poduzetniku Rockwool Adriatic d.o.o. |
30/12/2010 |
31/12/2015 |
|
HR |
9 |
2011 |
Zakon o znanstvenoj djelatnosti i visokom obrazovanju (NN 123/03, 198/03, 105/04, 174/04, 46/07) |
01/02/2007 |
31/12/2014 |
|
HR |
10 |
2011 |
Odluka o obvezi otvorenosti Zračne luke Rijeka d.o.o. za javni zračni promet u razdoblju od 2010. do 2014., od 25. siječnja 2010. i 3. studenoga 2010. |
10/03/2011 |
31/12/2014 |
ANNESS V
Lista msemmija fl-Artikolu 18 tal-Att tal-Adeżjoni: miżuri transitorji
1. MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA
32001 L 0083: Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).
B'deroga mir-rekwiżiti ta' kwalità, sikurezza u effiċjenza stabbilita fid-Direttiva 2001/83/KE, l-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali, li mhumiex soġġetti għall-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1) u li mhumiex fil-lista (fl-Appendiċi għal dan l-Anness kif ipprovduta mill-Kroazja) maħruġa taħt il-liġi Kroata qabel id-data tal-adeżjoni għandhom jibqgħu validi sakemm jiġġeddu konformement mal-acquis tal-Unjoni jew sa erba' snin mid-data tal-adeżjoni, skont liema waħda tiġi l-ewwel.
L-awtorizzazzjonijiet għal tqegħid fis-suq koperti b'din id-deroga m'għandhomx jibbenefikaw minn rikonoxximent reċiproku fl-Istati Membri sakemm dawn il-prodotti ma kinux ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2001/83/KE.
L-awtorizzazzjonijiet nazzjonali għal tqegħid fis-suq mogħtija skont il-liġi nazzjonali qabel l-adeżjoni u mhux koperti b'din id-deroga u kull awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq għandha, mid-data tal-adeżjoni, tkun f'konformità mad-Direttiva 2001/83/KE.
2. MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI
Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
31996 L 0071: Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).
32004 L 0038: Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familji tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
32011 R 0492: Regolament (KE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1).
|
1. |
L-Artikolu 45 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tat-TFUE għandhom japplikaw fl-intier biss, fir-rigward tal-libertà ta' moviment tal-ħaddiema u l-libertà tal-provvista ta' servizzi li jinvolvu l-moviment temporanju ta' ħaddiema kif definit fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE, bejn il-Kroazja minn naħa waħda u kull wieħed mill-Istati Membri attwali min-naħa l-oħra, soġġett għad-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 13. |
|
2. |
B'deroga mill-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 u sal-aħħar tal-perijodu ta' sentejn wara d-data tal-adeżjoni, l-Istati Membri attwali ser japplikaw il-miżuri nazzjonali, jew dawk li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, sabiex jirregolaw l-aċċess għas-swieq tax-xogħol tagħhom minn ċittadini Kroati. L-Istati Membri attwali jistgħu jkomplu japplikaw dawn il-miżuri sal-aħħar tal-perijodu ta' ħames snin wara d-data tal-adeżjoni.
Ċittadini Kroati li jkunu jaħdmu legalment f'xi Stat Membru attwali fid-data tal-adeżjoni u ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom igawdu aċċess għas-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru iżda mhux għas-suq tax-xogħol ta' Stati Membri oħra li japplikaw il-miżuri nazzjonali. Ċittadini Kroati ammessi fis-suq tax-xogħol ta' Stat Membru attwali wara l-adeżjoni għal perijodu mingħajr interruzzjoni ta' 12-il xahar jew aktar għandhom ukoll igawdu l-istess drittijiet. Iċ-ċittadini Kroati msemmijin fit-tieni u t-tielet subparagrafi għandhom jitilfu d-drittijiet li imsemmija f'dawk is-subparagrafi jekk huma jitilqu volontarjament mis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru attwali inkwistjoni. Ċittadini Kroati li jkunu jaħdmu legalment fi Stat Membru attwali fid-data tal-adeżjoni, jew matul perijodu li fih ikunu applikati miżuri nazzjonali, u li kienu ammessi fis-suq tax-xogħol ta' dak l-Istat Membru għal perijodu ta' inqas minn 12-il xahar m'għandhomx igawdu mid-drittijiet imsemmija fit-tieni u fit-tielet subparagrafi. |
|
3. |
Qabel it-tmiem tal-perijodu ta' sentejn wara d-data tal-adeżjoni, il-Kunsill għandu jirrevedi l-funzjonament tad-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti fil-paragrafu 2, abbażi ta' rapport mill-Kummissjoni.
Hekk kif din ir-reviżjoni titlesta, u mhux aktar tard mill-aħħar tal-perijodu ta' sentejn wara d-data tal-adeżjoni, l-Istati Membri attwali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar jekk humiex sejrin ikomplu japplikaw il-miżuri nazzjonali jew il-miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, jew jekk humiex sejrin japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 minn dakinhar 'il quddiem. Fin-nuqqas ta' din in-notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. |
|
4. |
Fuq talba tal-Kroazja, tista' ssir reviżjoni oħra. Għandha tapplika l-proċedura msemmija fil-paragrafu 3 u din għandha tiġi kompletata fi żmien sitt xhur minn meta tasal it-talba tal-Kroazja. |
|
5. |
Stat Membru li jibqa' jżomm il-miżuri nazzjonali jew il-miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali fl-aħħar tal-perijodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 2 jista', f'każ ta' disturbi serji tas-suq tax-xogħol tiegħu jew ta' theddida tagħhom u wara li jinnotifika lill-Kummissjoni, ikompli japplika dawn il-miżuri sal-aħħar tal-perijodu ta' seba' snin wara d-data tal-adeżjoni. Fin-nuqqas ta' din in-notifika, għandhom japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. |
|
6. |
Matul il-perijodu ta' seba' snin wara d-data tal-adeżjoni, dawk l-Istati Membri li fihom, bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 jew 5, japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 fir-rigward ta' ċittadini Kroati, u li joħorġu permessi tax-xogħol lil ċittadini tal-Kroazja għall-finijiet ta' monitoraġġ matul dan il-perijodu, ser jagħmlu dan awtomatikament. |
|
7. |
Dawk l-Istati Membri li fihom, bis-saħħa tal-paragrafi 3, 4 jew 5, japplikaw l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (KEE) Nru 492/2011 fir-rigward ta' ċittadini Kroati, jistgħu jirrikorru għall-proċeduri stabbiliti fit-tieni u t-tielet subparagrafi ta’ dan il-paragrafu sal-aħħar tal-perijodu ta' seba' snin wara d-data tal-adeżjoni.
Meta xi Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu jġarrab jew jipprevedi disturbi fis-suq tax-xogħol tiegħu li jistgħu jheddu serjament l-istandard tal-għixien jew il-livell tal-impjiegi f'xi reġjun jew f'xi okkupazzjoni partikolari, dak l-Istat Membru għandu jinforma b'dan lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn u għandu jipprovdilhom id-dettalji rilevanti kollha. Abbażi ta' din l-informazzjoni, l-Istat Membru jista' jitlob lill-Kummissjoni sabiex tiddikjara li l-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 hija sospiża kompletament jew parzjalment sabiex tiġi normalizzata mill-ġdid is-sitwazzjoni f'dak ir-reġjun jew f'dik l-okkupazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar is-sospensjoni u dwar it-tul ta' żmien u l-kamp ta' applikazzjoni tagħha mhux aktar tard minn ġimagħtejn wara li tirċievi din it-talba u għandha tinnotifika lill-Kunsill bid-deċiżjoni tagħha. Kwalunkwe Stat Membru jista', fi żmien ġimagħtejn mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jitlob lill-Kunsill sabiex iħassar jew jemenda dik id-deċiżjoni. Il-Kunsill għandu jaġixxi, b'maġġoranza kwalifikata, fuq din it-talba fi żmien ġimgħatejn. Stat Membru msemmi fl-ewwel subparagrafu jista', f'każijiet urġenti u eċċezzjonali, jissospendi l-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011, u jagħti notifika motivata ex post lill-Kummissjoni. |
|
8. |
Dment li l-applikazzjoni tal-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 tkun sospiża bis-saħħa tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 hawn fuq, għandu japplika fil-Kroazja l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2004/38/KE fir-rigward ta' ċittadini tal-Istati Membri attwali, u fl-Istati Membri attwali fir-rigward ta' ċittadini Kroati, skont il-kondizzjonijiet li ġejjin, għal dak li jirrigwarda d-dritt tal-membri tal-familja tal-ħaddiema li jiksbu impjieg:
Dawn id-dispożizzjonijiet m'għandhomx jippreġudikaw miżuri aktar favorevoli, kemm jekk huma miżuri nazzjonali jew miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali. |
|
9. |
Sa fejn dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE li jipprevalixxu fuq dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 68/360/KEE tal-15 ta' Ottubru 1968 dwar it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq il-moviment u residenza fi ħdan il-Komunità għal ħaddiema ta' Stati Membri u l-familji tagħhom (2) ma jistgħux jiġu dissoċjati minn dawk tar-Regolament (UE) Nru 492/2011 li l-applikazzjoni tagħhom hija differita skont il-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8, il-Kroazja u l-Istati Membri attwali jistgħu jidderogaw minn dawk id-dispożizzjonijiet sa fejn ikun meħtieġ għall-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 u 8. |
|
10. |
Kull meta l-miżuri nazzjonali, jew dawk li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, jiġu applikati mill-Istati Membri attwali bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet transitorji stabbiliti hawn fuq, il-Kroazja tista' żżomm fis-seħħ il-miżuri ekwivalenti fir-rigward taċ-ċittadini tal-Istat Membru jew Stati Membri inkwistjoni. |
|
11. |
Kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika miżuri nazzjonali skont il-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 9, jista' jintroduċi, skont il-liġi nazzjonali, libertà ta' moviment akbar minn dik li tkun teżisti fid-data tal-adeżjoni, inkluż l-aċċess sħiħ għas-suq tax-xogħol. Mit-tielet sena wara d-data tal-adeżjoni, kwalunkwe Stat Membru attwali li japplika l-miżuri nazzjonali jista' f'kull waqt jiddeċiedi li minflok japplika l-Artikoli 1 sa 6 tar-Regolament (UE) Nru 492/2011. Il-Kummissjoni għandha tiġi infurmata bi kwalunkwe deċiżjoni bħal din. |
|
12. |
Sabiex jiġu indirizzati disturbi serji jew it-theddida tagħhom f'setturi sensittivi u speċifiċi ta' servizzi fis-swieq tax-xogħol tal-Ġermanja u tal-Awstrija, li jistgħu jirriżultaw f'ċerti reġjuni mill-provvista transnazzjonali ta' servizzi, kif definita fl-Artikolu 1 tad-Direttiva 96/71/KE, u dment li huma japplikaw bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet ta' transizzjoni stabbiliti hawn fuq, il-miżuri nazzjonali jew dawk li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali dwar il-libertà ta' moviment ta' ħaddiema Kroati, il-Ġermanja u l-Awstrija jistgħu, wara li jinnotifikaw lill-Kummissjoni, jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tat-TFUE bil-ħsieb li jillimitaw fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi minn kumpanniji stabbiliti fil-Kroazja, il-moviment temporanju ta' ħaddiema li d-dritt tagħhom li jiksbu xogħol fil-Ġermanja u fl-Awstrija jkun soġġett għal miżuri nazzjonali.
Il-lista tas-setturi tas-servizzi li jistgħu jkunu koperti minn din id-deroga hija kif ġej:
Jekk il-Ġermanja jew l-Awstrija jidderogaw mill-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tat-TFUE f'konformità mal-ewwel u mat-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-Kroazja tista', tieħu miżuri ekwivalenti wara li tinnotifika lill-Kummissjoni. L-effett tal-applikazzjoni tal-paragrafu preżenti m'għandux jirriżulta f'kondizzjonijiet għall-moviment temporanju ta' ħaddiema fil-kuntest tal-provvista transnazzjonali ta' servizzi bejn il-Ġermanja jew l-Awstrija u l-Kroazja li huma aktar restrittivi minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni. |
|
13. |
L-effett tal-applikazzjoni tal-paragrafi 2 sa 5 u 7 sa 11 m'għandux jirriżulta, għal ċittadini Kroati, f'kondizzjonijiet ta' aċċess iktar restrittiv għas-swieq tax-xogħol tal-Istati Membri attwali minn dawk li jkunu fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni.
Minkejja l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 12, l-Istati Membri attwali għandhom, matul kwalunkwe perijodu li fih jiġu applikati l-miżuri nazzjonali jew il-miżuri li jirriżultaw minn ftehimiet bilaterali, jagħtu preferenza lil ħaddiema li huma ċittadini tal-Istati Membri vis-à-vis ħaddiema li huma ċittadini ta' pajjiżi terzi fir-rigward tal-aċċess għas-suq tax-xogħol tagħhom. Il-ħaddiema migranti Kroati u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fi Stat Membru ieħor jew ħaddiema migranti minn Stati Membri oħrajn u l-familji tagħhom li jirrisjedu u jaħdmu legalment fil-Kroazja m'għandhomx jiġu trattati b'mod iktar restrittiv minn dawk il-persuni minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu f'dak l-Istat Membru jew fil-Kroazja rispettivament. Barra minn hekk, fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' preferenza tal-Unjoni, ħaddiema migranti minn pajjiżi terzi li jirrisjedu u jaħdmu fil-Kroazja m'għandhomx jiġu trattati aħjar minn ċittadini tal-Kroazja. |
3. MOVIMENT LIBERU TAL-KAPITAL
Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea
Minkejja l-obbligi taħt it-Trattati li fuqhom hi bbażata l-Unjoni Ewropea, il-Kroazja tista' żżomm fis-seħħ għal seba' snin mid-data tal-adeżjoni r-restrizzjonijiet stabbiliti fl-Att tagħha dwar l-Artijiet Agrikoli (OG 152/08), kif ikun fis-seħħ fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni, fir-rigward tal-akkwist ta' artijiet agrikoli minn ċittadini ta' Stat Membru ieħor, minn ċittadini tal-Istati li huma parti mill-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (Ftehim ŻEE) u minn persuni ġuridiċi kostitwiti f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor jew ta' Stat li japparteċipa fil-Ftehim ŻEE. Madankollu, ċittadin ta' Stat Membru jew persuna ġuridika kostitwita f'konformità mal-liġijiet ta' Stat Membru ieħor, fl-ebda każ ma jistgħu jiġu tttrattati b'mod anqas favorevoli fir-rigward tal-akkwist ta' artijiet agrikoli minn kif jiġu ttrattati ċittadini jew persuni fid-data tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni jew jiġu trattati b'mod aktar restrittiv minn ċittadin jew persuna ġuridika ta' pajjiż terz.
Il-bdiewa li jaħdmu għal rashom, li jkunu ċittadini ta' Stat Membru ieħor u li jixtiequ jistabbilixxu ruħhom u jirrisjedu fil-Kroazja, ma għandhomx ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-ewwel paragrafu jew għal kwalunkwe regola jew proċedura li mhumiex soġġetti għaliha ċ-ċittadini tal-Kroazja.
Rieżami ġenerali ta' din il-miżura transitorja għandu jsir sal-aħħar tat-tielet sena wara d-data tal-adeżjoni. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Kunsill. Il-Kunsill jista', filwaqt li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni, jiddeċiedi li jqassar jew itemm il-perijodu transitorju indikat fl-ewwel paragrafu.
Jekk ikun hemm provi biżżejjed li, mal-iskadenza tal-perijodu transitorju, ikun hemm disturbi serji jew theddida ta' disturbi serji fis-suq tal-artijiet agrikoli tal-Kroazja, il-Kummissjoni, fuq talba mill-Kroazja, għandha tiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-perijodu transitorju għal tliet snin. Din l-estensjoni tista' tkun limitata għal żoni ġeografiċi magħżula milqutin b'mod partikolari.
4. AGRIKOLTURA
I. MIŻURI TRANSITORJI GĦALL-KROAZJA
|
1. |
32001 L 0113: Direttiva tal-Kunsill 2001/113/KE ta' l-20 ta' Diċembru 2001 li għandha x'taqsam mal-ġamm tal-frott, il-ġelatini u l-marmellati u mal-purejiet tal-qastan mogħtija l-ħlewwa maħsuba għal konsum mill-bniedem (ĠU L 10, 12.1.2002, p. 67).
B'deroga mill-obbligu li jinsab fl-Artikolu 8, it-tqegħid fis-suq ta' prodotti denominati taħt l-ismijiet “domaća marmelada” u “ekstra domaća marmelada” għandhom ikunu permessi fis-suq Kroat sa ma jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti fid-data tal-adeżjoni. |
|
2. |
32006 R 0510: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12 u ĠU L 335 M, 13.12.2008, p. 213).
|
|
3. |
32007 R 1234: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta' Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).
|
|
4. |
32009 R 0073: Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
|
II. KWOTA TARIFFARJA TRANSITORJA GĦAZ-ZOKKOR TAL-KANNAMIELI GĦAR-RAFFINAR
Kwota ta' importazzjoni erga omnes awtonoma annwali ta' 40 000 tunnellata ta' zokkor tal-kannamieli mhux maħdum għandha tkun riservata għall-Kroazja għal perijodu ta' mhux aktar minn tliet snin ta' kummerċjalizzazzjoni wara l-adeżjoni tagħha b'dazju ta' importazzjoni ta' EUR 98,00 għal kull tunnellata. Jekk in-negozjati ma' Stati Membri oħrajn tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ skont l-Artikolu XXIV.6 tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ rigward l-aġġustament kumpensatorju wara l-adeżjoni tal-Kroazja jirriżultaw fi ftuħ ta' kwoti kumpensatorji għaz-zokkor qabel tmiem il-perijodu transitorju, il-kwota ta' 40 000 tunnellata allokata lill-Kroazja għandha tiġi tterminata, kompletament jew parzjalment, mal-ftuħ tal-kwoti kumpensatorji għaz-zokkor. Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri implimentattivi meħtieġa f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 195(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 flimkien mal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011.
III. MIŻURI TA' PAGAMENTI DIRETTI TEMPORANJI GĦALL-KROAZJA
Ir-rimborż ta' pagamenti diretti mogħtija lil bdiewa għas-sena 2013 għandu jkun bil-kondizzjoni li, qabel l-adeżjoni, il-Kroazja tapplika regoli identiċi għal dawk stipulati għal tali pagamenti diretti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) 73/2009 u fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1120/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-iskema ta’ pagament uniku li hemm provvediment dwarha fit-Titolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa (3), Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-29 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta' appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (4) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (5).
5. SIKUREZZA TAL-IKEL, POLITIKA VETERINARJA U FITOSANITARJA
I. TIĠIEĠ LI JBID
31999 L 0074: Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE tad-19 ta' Lulju 1999 li tistabbilixxi standards minimi għall-ħarsien ta' tiġieġ li jbid (ĠU L 203, 3.8.1999, p. 53).
B'deroga mill-Artikolu 6 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/74/KE, it-tiġieġ li jbid attiv fid-data tal-adeżjoni jista' jinżamm f'gaġeġ li mhumiex f'konformità mar-rekwiżiti strutturali mniżżlin f'dak l-Artikolu. Il-Kroazja għandha tiżgura li l-użu ta' dawn il-gaġeġ jieqaf mhux aktar tard minn 12-il xahar wara l-adeżjoni.
Il-bajd minn dawk il-gaġeġ mhux arrikkiti għandu jitqiegħed biss fis-suq nazzjonali tal-Kroazja. Tali bajd u l-imballaġġ tiegħu għandhom ikunu identifikati b'mod ċar b'marka speċjali, li tippermetti l-kontrolli meħtieġa. Għandha tiġi kkomunikata deskrizzjoni ċara ta' din il-marka speċjali lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sena qabel id-data tal-adeżjoni.
II. STABBILIMENTI (LAĦAM, ĦALIB, ĦUT U PRODOTTI SEKONDARJI LI JORIĠINAW MILL-ANNIMALI)
32004 R 0852: Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1);
32004 R 0853: Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 li jistabbilixi ċerti regoli speċifiċi ta' iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
32009 R 1069: Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (ĠU L 300, 14.11.2009, p.1).
|
1. |
Ir-rekwiżiti strutturali stabbiliti fi:
m'għandhomx japplikaw għal ċerti stabbilimenti fis-setturi tal-prodotti sekondarji tal-laħam, tal-ħalib, tal-ħut u li joriġinaw mill-annimali fil-Kroazja sal-31 ta' Diċembru 2015, soġġetti għall-kondizzjonijiet imniżżlin hawn isfel. |
|
2. |
Sakemm l-istabbilimenti msemmijin fil-paragrafu 1 jibbenefikaw minn dak il-paragrafu, il-prodotti li joriġinaw minn dawk l-istabbilimenti għandhom jitqiegħdu biss fis-suq nazzjonali tal-Kroazja u fi swieq ta' pajjiżi terzi skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni, jew użati għal ipproċessar ulterjuri fi stabbilimenti fil-Kroazja koperti wkoll mill-paragrafu 1, irrispettivament mid-data tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
3. |
L-ikel minn stabbilimenti msemmijin fil-paragrafu 1 għandu jkollu fuqu marka sanitarja jew marka ta' identifikazzjoni differenti minn dik prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 853/2004. Deskrizzjoni ċara tal-marka sanitarja jew marka ta' identifikazzjoni differenti għandha tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn sena qabel id-data tal-adeżjoni. |
|
4. |
Il-paragrafi 2 u 3 japplikaw ukoll għall-prodotti kollha li joriġinaw minn stabbilimenti tal-laħam, ħalib jew sajd integrati fejn parti mill-istabbiliment hija soġġetta għall-paragrafu 1. |
|
5. |
Il-Kroazja għandha tissorvelja kontinwament l-implimentazzjoni tal-programm nazzjonali għat-titjib tal-istabbilimenti u għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bi pjan annwali ta' progress f'dan ir-rigward. Il-Kroazja għandha tiżgura li pjan ta' titjib individwali għal kull wieħed minn dawn l-istabbilimenti bi skadenzi għall-korrezzjoni tar-rekwiżiti strutturali jkun elaborat u magħmul disponibbli lill-Kummissjoni fuq talba. |
|
6. |
Fi żmien xieraq qabel l-adeżjoni, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi lista ta' stabbilimenti msemmijin fil-paragrafu (a). Din il-lista għandha ssir pubblika u tinkludi l-isem u l-indirizz ta' kull stabbiliment. |
|
7. |
Il-Kroazja għandha tiżgura li kwalunkwe stabbiliment li saż-żmien tal-adeżjoni jonqos milli jikkonforma bis-sħiħ mal-acquis tal-Unjoni dwar is-sikurezza tal-ikel, ħlief fejn kopert mid-dispożizzjonijiet ta' din il-miżura transitorja, itemm l-attivitajiet tiegħu. |
|
8. |
Ir-regoli ta' implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-operazzjoni bla xkiel tar-reġim transitorju msemmi fir-rigward tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u Nru 853/2004, għandhom jiġu adottati f'konformità mat-tieni paragrafu tal-Artikolu 12 u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 9 tiegħu rispettivament. |
|
9. |
Ir-regoli ta' implimentazzjoni biex tiġi żgurata l-operazzjoni bla xkiel tar-reġim transitorju fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 52(4) tiegħu. |
III. KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAŻ-ŻRIERAGĦ
32002 L 0053: Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta’ katalgi ta’ speċi ta’ pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).
32002 L 0055: Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing ta' żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 33).
Il-Kroazja tista' tipposponi sal-31 ta' Diċembru 2014 l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/53/KE u l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2002/55/KE fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni fit-territorju tagħha ta' żrieragħ ta' varjetajiet elenkati fil-katalgi nazzjonali rispettivi tagħha ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u varjetajiet ta' speċi ta' pjanti veġetali li ma ġewx uffiċjalment aċċettati skont dawk id-Direttivi. Matul dak il-perijodu, dawn iż-żrieragħ m'għandhomx jiġu kkummerċjalizzati fit-territorju ta' Stati Membri oħrajn.
IV. NEUM
31997 L 0078: Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9).
L-Artikolu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:
“Artikolu 1
1. Il-verifiki veterinarji ta' prodotti minn pajjiżi terzi introdotti f'wieħed mit-territorji elenkati fl-Anness I għandhom jitwettqu minn Stati Membri skont din id-Direttiva u r-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi dwar l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar is-saħħa tal-annimali u t-trattament xieraq tal-annimali (*3).
2. B'deroga mill-paragrafu 1, il-konsenji ta' prodotti li ġejjin mit-territorju tal-Kroazja u li jgħaddu mit-territorju tal-Bosnja-Ħerzegovina f'Neum (“Il-kuritur ta' Neum”) qabel ma jerġgħu jidħlu fit-territorju tal-Kroazja permezz tal-punti ta' dħul ta' Klek jew Zaton Doli, jistgħu jiġu eżentati mill-verifiki veterinarji, soġġetti għall-konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
(a) |
Il-Kroazja għandu jkollha stabbiliti, fid-data tal-adeżjoni jew qabel din id-data, punti ta' dħul fit-Tramuntana u fin-Nofsinhar tal-kuritur ta' Neum li huma mgħammra, li għandhom il-persunal u mħejjija biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu; |
|
(b) |
Il-Kroazja għandha tiżgura li:
|
|
(c) |
Il-Kroazja għandha tiżgura li l-konsenji ma jitħallewx jidħlu mill-ġdid it-territorju tal-Kroazja fejn:
|
|
(d) |
Il-Kroazja għandha regolarment u kif meħtieġ tinforma lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti tal-punt (b) u tal-miżuri li hija ħadet skont il-punt (c). |
|
(e) |
Fejn meħtieġ, għandha tiġi adottata deċiżjoni biex tiġi sospiża jew irtirata d-deroga mill-paragrafu 1 skont il-proċedura mniżżla fl-Artikolu 29. |
|
(f) |
Fejn meħtieġ, regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu jistgħu jiġu adottati f'konformità mal-proċedura mniżżla fl-Artikolu 29. |
6. SAJD
32006 R 1967: Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta' Diċembru 2006 dwar miżuri ta' ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, p. 11. Verżjoni kkoreġuta f'ĠU L 36, 8.2.2007, p. 6).
|
(a) |
B'deroga mill-Artikolu 13(1) u (2), f'fond ta' inqas minn 50 metru, il-bastimenti li jkunu reġistrati u qed joperaw biss fir-reġjun tal-Istria tal-Punent għandhom jitħallew jużaw sat-30 ta' Ġunju 2014, it-tkarkir tal-qiegħ b'mod temporanju fid-distanza minima ta' 1,5 mil nawtiku mill-kosta. Din id-deroga għandha tapplika fiż-żona magħżula bħala l-Istria tal-Punent, definita mill-punt bil-koordinati ġeografiċi ta' φ=44.52135 u λ=14.29244 b'linja lejn it-Tramuntana u linja lejn il-Punent. Għal bastimenti li t-tul totali tagħhom ikun inqas minn 15-il metru, f'fond ta' aktar minn 50 metru l-Kroazja għandha temporanjament titħalla, sat-30 ta' Ġunju 2014, tuża t-tkarkir tal-qiegħ fid-distanza minima ta' mil nawtiku mill-kosta, filwaqt li żżomm ir-restrizzjonijiet spazjali u temporali l-oħra kollha applikati fid-data tal-adeżjoni. |
|
(b) |
B'deroga mill-Artikolu 17 (1), numru limitat ta' bastimenti inklużi fil-kategorija speċifika ta' sajd mhux kummerċjali “sajd artiġjanali fuq skala żgħira għal ħtiġijiet personali”, li m'għandux jaqbeż l-2 000 bastiment, għandu jitħalla juża massimu ta' 200 metru ta' xbieki tal-garġi sal-31 ta' Diċembru 2014, dment li r-restrizzjonijiet l-oħra kollha li jkun hemm fis-seħħ fid-data tal-adeżjoni jibqgħu japplikaw. Il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni, mhux aktar tard mid-data tal-adeżjoni, il-lista ta' bastimenti koperti minn dan il-perijodu transitorju, inkluż il-karatteristiċi u l-kapaċità tagħhom, espressi f'termini ta' tunnellaġġ gross u kilowatts. |
7. POLITIKA DWAR IT-TRASPORT
|
1. |
31992 R 3577: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta' Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta' libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).
Fl-Artikolu 6, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “4. B'deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), il-kuntratti għal servizzi pubbliċi konklużi qabel id-data tal-adeżjoni tal-Kroazja jistgħu jibqgħu jiġu applikati sal-31 ta' Diċembru 2016. 5. B'deroga mill-Artikolu 1(1), sal-31 ta' Diċembru 2014, is-servizzi tal-kruċieri mwettqin bejn il-portijiet Kroati minn vapuri iżgħar minn 650 tunnellata gross għandhom ikunu riservati għal vapuri rreġistrati fil-Kroazja, u li jtajru l-bandiera Kroata, li huma operati minn kumpanniji marittimi, stabbiliti f'konformità mal-liġi Kroata, u li l-post prinċipali tan-negozju tagħhom ikun jinsab fil-Kroazja, u fejn il-kontroll effettiv jiġi eżerċitat hemmhekk. 6. B'deroga mill-Artikolu 1(1), u għall-perijodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 2014, il-Kummissjoni tista', fuq talba sostanzjata minn Stat Membru, tiddeċiedi, fi żmien 30 jum ta' xogħol minn meta tirċievi t-talba rilevanti, li l-vapuri li jibbenefikaw mid-deroga stabbilita fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx iwettqu servizzi ta' kruċieri bejn il-portijiet ta' ċerti żoni ta' Stat Membru minbarra l-Kroazja fejn jintwera li l-operazzjoni ta' dawn is-servizzi tfixkel serjament jew thedded li tfixkel serjament is-suq intern tat-trasport fiż-żoni kkonċernati. Jekk wara l-perijodu ta' 30 jum ta' xogħol il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni, l-Istat Membru interessat għandu jkun intitolat li japplika l-miżuri ta' salvagwardja sakemm il-Kummissjoni tkun ħadet id-deċiżjoni tagħha. Fil-każ ta' emerġenza, l-Istat Membru jista' b'mod unilaterali jadotta l-miżuri proviżorji xierqa li jistgħu jibqgħu fis-seħħ għal mhux aktar minn tliet xhur. Dak l-Istat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni b'dan immedjatament. Il-Kummissjoni tista' tirrevoka l-miżuri jew tikkonfermahom sakemm hija tieħu d-deċiżjoni finali tagħha. L-Istati Membri għandhom jinżammu informati.” |
|
2. |
32009 R 1072: Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (imfassal mill-ġdid) (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
B'deroga mill-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1072/2009, għandu japplika dan li ġej:
L-Istati Membri li japplikaw il-miżura transitorja msemmija fl-ewwel u t-tieni inċiżi tal-ewwel paragrafu jistgħu progressivament jiskambjaw l-awtorizzazzjonijiet ta' kabotaġġ abbażi ta' ftehimiet bilaterali mal-Kroazja. L-arranġamenti transitorji msemmija fl-ewwel u t-tieni paragrafi ma għandhomx iwasslu għal aċċess aktar ristrett għat-trasportaturi Kroati għal kabotaġġ fi kwalunkwe Stat Membru minn dak li jkun jeżisti fil-mument tal-iffirmar tat-Trattat tal-Adeżjoni. |
8. TASSAZZJONI
|
1. |
31992 L 0079: Direttiva tal-Kunsill 92/79/KEE tad-19 ta' Ottubru 1992 dwar l-approssimazzjoni tat-taxxi fuq is-sigaretti (ĠU L 316, 31.10.1992, p. 8).
Fl-Artikolu 2(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej: “Il-Kroazja għandha tingħata perijodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 2017 sabiex tilħaq ir-rekwiżiti stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi. Madankollu, mill-1 ta' Jannar 2014, id-dazju tas-sisa m'għandux ikun inqas minn EUR 77 għall kull 1 000 sigarett irrispettivament mill-prezz medju ppeżat tal-bejgħ bl-imnut.” |
|
2. |
32006 L 0112: Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).
|
9. LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA
32006 R 0562: Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1).
Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:
“Artikolu 19a
B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament rigward l-istabbiliment ta' punti ta' qsim tal-fruntieri, u sad-dħul fis-seħħ ta' deċiżjoni mill-Kunsill dwar l-applikazzjoni kompleta tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen fil-Kroazja skont l-Artikolu 4(2) tal-Att tal-Adeżjoni jew sa ma jiġi emendat dan ir-Regolament biex jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-kontroll tal-fruntieri f'punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, skont liema jiġi l-ewwel, il-Kroazja tista' żżomm il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni fil-fruntiera tagħha mal-Bosnja-Ħerzegovina. F'dawn il-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni, il-gwardji tal-fruntieri għandhom iwettqu verifiki ta' dħul u ħruġ fit-territorju tal-parti l-oħra. Il-verifiki kollha ta' dħul u ħruġ mill-gwardji tal-fruntieri Kroati għandhom jitwettqu f'konformità mal-acquis tal-Unjoni, inklużi l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni internazzjonali u n-non-refoulement. Il-ftehimiet bilaterali rilevanti li jistabbilixxu l-punti ta' qsim tal-fruntieri komuni inkwistjoni għandhom, fejn meħtieġ, jiġu emendati għal dan il-għan.”
10. AMBJENT
I. LEĠISLAZZJONI ORIZZONTALI
|
1. |
Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).
|
|
2. |
32010 R 0920: Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 920/2010 tas-7 ta' Ottubru 2010 għal sistema standardizzata u sigura ta' reġistri skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 270, 14.10.2010, p. 1).
L-Artikoli 16, 29, 41, 46 u 54, u l-Anness VIII, relatati mal-attivitajiet tal-avjazzjoni, għandhom japplikaw fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2014. |
II. KWALITÀ TAL-ARJA
32008 L 0050: Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p.1).
|
(a) |
B'deroga mill-Anness XIV, is-sena ta' referenza tal-punt A, l-ewwel paragrafu għandha tkun it-tieni sena wara tmiem is-sena tal-adeżjoni tal-Kroazja. L-Indikatur ta' Espożizzjoni Medja għal dik is-sena ta' referenza għandu jkun il-konċentrazzjoni medja tas-sena tal-adeżjoni u l-ewwel u t-tieni sena wara s-sena tal-adeżjoni. |
|
(b) |
B'deroga mill-Anness XIV, il-punt B, il-mira ta' tnaqqis tal-espożizzjoni għandha tiġi kkalkulata b'relazzjoni mal-Indikatur ta' Espożizzjoni Medja fis-sena ta' referenza li hija t-tieni sena wara tmiem is-sena tal-adeżjoni tal-Kroazja. |
III. ĠESTJONI TAL-ISKART
31999 L 0031: Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta' April tal-1999 dwar ir-rimi ta' skart f'terraferma [miżbliet] (ĠU L 182, 16.7.1999, p.1).
|
(a) |
B'deroga mill-punti (a), (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 5(2), ir-rekwiżit li l-ammont ta' skart muniċipali bijodegradabbli li jinxteħet fil-miżbliet jitnaqqas għal 75 %, 50 % u 35 % rispettivament tal-ammont totali (skont il-piż) ta' skart muniċipali bijodegradabbli prodott fl-1997 għandu japplika fil-Kroazja f'konformità mal-iskadenzi speċifikati hawn taħt. Il-Kroazja għandha tiżgura tnaqqis gradwali fl-ammont ta' skart muniċipali bijodegradabbli li jinxteħet fil-miżbliet f'konformità mal-iskema li ġejja:
|
|
(b) |
B'deroga mill-Artikolu 14(c), il-miżbliet kollha eżistenti fil-Kroazja għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva sal-31 ta' Diċembru 2018 bl-eċċezzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, il-punt 1. Il-Kroazja għandha tiżgura tnaqqis gradwali ta' skart mormi f'miżbliet mhux konformi eżistenti f'konformità mal-kwantitajiet annwali massimi li ġejjin:
Sal-31 ta' Diċembru ta' kull sena, tibda bis-sena tal-adeżjoni, il-Kroazja għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport dwar l-implimentazzjoni gradwali tad-Direttiva u l-konformità mal-miri intermedji. |
IV. KWALITÀ TAL-ILMA
|
1. |
31991 L 0271: Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).
B'deroga mill-Artikoli 3, 4, 5, 6 u 7, ir-rekwiżiti għal sistemi ta' ġbir u trattament tal-ilma urban mormi għandhom japplikaw fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2024, f'konformità mal-miri intermedji li ġejjin:
|
|
2. |
31998 L 0083: Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).
B'deroga, il-parametri mikrobijoloġiċi u l-parametri tal-indikatur stabbiliti, rispettivament, fl-Anness I - Partijiet A u C għandhom japplikaw għaż-żoni tal-provvista tal-ilma li ġejjin fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2019:
|
V. PREVENZJONI U KONTROLL INTEGRATI TAT-TNIĠĠIS (IPPC)
|
1. |
31999 L 0013: Direttiva tal-Kunsill 1999/13/KE tal-11 ta' Marzu 1999 dwar il-limitazzjoni ta' emissjonijiet ta' taħlit organiku volatili minħabba l-użu ta' solventi organiċi f'ċerti attivitajiet u installazzjonijiet (ĠU L 85, 29.3.1999, p. 1).
|
|
2. |
32001 L 0080: Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).
B'deroga mill-Artikolu 4(1) u (3), il-valuri ta' limitu ta' emissjoni għad-dijossidu tal-kubrit, l-ossidi tan-nitroġenu u t-trab għandhom japplikaw għall-impjanti li ġejjin fil-Kroazja mill-1 ta' Jannar 2018:
|
|
3. |
32008 L 0001: Direttiva 2008/1/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Jannar 2008 dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 8.).
B'deroga mill-Artikolu 5(1), ir-rekwiżiti għall-għoti ta' permessi għall-installazzjonijiet eżistenti għandhom japplikaw għall-installazzjonijiet li ġejjin fil-Kroazja biss mid-data indikata għal kull installazzjoni, safejn huwa kkonċernat l-obbligu li dawn l-installazzjonijiet jitħaddmu f'konformità mal-valuri ta' limitu ta' emissjoni, il-parametri ekwivalenti jew il-miżuri tekniċi bbażati fuq l-aħjar teknoloġija disponibbli skont l-Artikolu 2, il-punt 12:
|
VI. SUSTANZI KIMIĊI
32006 R 1907: Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 793/93 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1488/94 kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 76/769/KEE u d-Direttivi tal-Kummissjoni 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).
|
(a) |
B'deroga mill-Artikolu 23(1) u (2) u l-Artikolu 28 li jiddefinixxu l-iskadenza għar-reġistrazzjoni u l-prereġistrazzjoni tas-sustanzi msemmija fih, il-manifatturi, l-importaturi u l-produtturi ta' oġġetti stabbiliti fil-Kroazja għandhom jingħataw perijodu ta' adattament ta' sitt xhur mid-data tal-adeżjoni għall-prereġistrazzjoni ta' sustanzi soġġetti għal reġim transitorju. Id-dati għall-ewwel u t-tieni skadenzi ta' reġistrazzjoni li jinsabu fl-Artikolu 23(1) u (2) għandhom ikunu tnax-il xahar mid-data tal-adeżjoni. |
|
(b) |
L-Artikoli 6, 7, 9, 17, 18 u 33 m'għandhomx japplikaw fil-Kroazja għal perijodu ta' sitt xhur mid-data tal-adeżjoni. |
|
(c) |
B'deroga mill-arranġamenti transitorji speċifikati għal kwalunkwe sustanza inkluża fl-Anness XIV, jekk l-aħħar data ta' applikazzjoni tkun qabel id-data tal-adeżjoni jew inqas minn sitt xhur wara dik id-data, l-applikanti stabbiliti fil-Kroazja għandhom jingħataw perijodu ta' adattament ta' sitt xhur mid-data tal-adeżjoni li sa tmiemu għandhom jaslu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni. |
(*3) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1.” ”
(1) ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.
(2) ĠU L 257, 19.10.1968, p. 13. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bl-Att ta' Adeżjoni tal-2003 (ĠU L 236, 23.9.2003, p. 33) u mħassra b'effett mit-30 ta' April 2006 mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill bid-Direttiva 2004/38/KE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).
(*1) NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1);
(*2) NACE: ara 31990 R 3037: Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 tad-9 ta' Ottubru 1990 dwar il-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fil-Komunità Ewropea (ĠU L 293, 24.10.1990, p. 1).
(3) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 1.
(4) ĠU L 316, 2.12.2009, p. 27.
Appendiċi għall-ANNESS V
Lista (*1) kif ipprovduta mill-Kroazja, ta' prodotti mediċinali li għalihom għandha tibqa' valida awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maħruġa skont il-liġi Kroata qabel l-adeżjoni sakemm tiġi mġedda f'konformità mal-acquis tal-Unjoni jew sat-30 ta' Ġunju 2017, skont liema tkun l-ewwel.
L-inklużjoni f'din il-lista ma tindikax minnha nniffsha jekk il-prodott mediċinali inkwistjoni għandux awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq f'konformità mal-acquis tal-Unjoni.
ANNESS VI
Żvilupp rurali (imsemmi fl-Artikolu 35 (2) tal-Att tal-Adeżjoni)
MIŻURI ADDIZZJONALI TEMPORANJI DWAR L-IŻVILUPP RURALI GĦALL-KROAZJA
A. Appoġġ għall-azjendi agrikoli ta' semisussistenza taħt ristrutturazzjoni
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, għandu jingħata appoġġ speċjali għall-azjendi agrikoli ta' semisussistenza, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 34 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, għal bdiewa fir-rigward ta' applikazzjonijiet approvati sal-31 ta' Diċembru 2017, dment li ma jkunux previsti miżuri u/jew appoġġ ġenerali simili fir-regolament l-ġdid dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
B. Gruppi ta' produtturi
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, għandu jingħata appoġġ speċjali biex jiġu ffaċilitati l-istabbiliment u l-operat amministrattiv tal-gruppi ta' produtturi, skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 35 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, għal gruppi ta' produtturi li huma rikonoxxuti uffiċjalment mill-awtorità kompetenti tal-Kroazja sal-31 ta' Diċembru 2017, dment li ma jkunux previsti miżuri u/jew appoġġ ġenerali simili fir-regolament l-ġdid dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020.
C. Leader
Fil-qafas leġislattiv tal-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, il-kontribuzzjoni minima mill-FAEŻR għall-programm ta' żvilupp rurali għal Leader għandha tkun stabbilita medjament f'livell li huwa mill-anqas nofs il-perċentwali tal-baġit li għandu jkun applikabbli għall-Istati Membri l-oħrajn, jekk jiġi stabbilit dan ir-rekwiżit.
D. Supplimenti għall-pagamenti diretti
|
1. |
Jista' jingħata appoġġ lil bdiewa li huma eliġibbli għal pagamenti jew għajnuniet diretti nazzjonali komplementari skont l-Artikolu 132 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009. |
|
2. |
L-appoġġ mogħti lil bidwi fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandux jeċċedi d-differenza bejn:
|
|
3. |
Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-appoġġ mogħti taħt din subsezzjoni D fil-Kroazja fir-rigward tas-snin 2014, 2015 u 2016 ma għandhiex teċċedi l-20 % tal-allokazzjoni annwali rispettiva tagħha taħt il-FAEŻR. |
|
4. |
Ir-rata ta' kontribuzzjoni tal-Unjoni għas-supplimenti għall-pagamenti diretti ma għandhiex teċċedi 80 %. |
E. Strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni - Żvilupp rurali
|
1. |
Il-Kroazja tista' tkompli tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji taħt il-programm IPARD skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 tat-12 ta' Ġunju 2007 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni (IPA) (1) sa ma tibda tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji skont ir-Regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali. Il-Kroazja għandha tinforma lill-Kummissjoni bid-data li fiha tibda tintrabat f'kuntratti jew tidħol f'impenji skont ir-Regolament rilevanti dwar l-iżvilupp rurali. |
|
2. |
Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru 182/2011. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat tal-IPA msemmi fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006. |
F. Evalwazzjoni ex post tal-IPARD
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-programm tal-IPARD għall-Kroazja, l-infiq relatat mal-evalwazzjoni ex post tal-programm tal-IPARD previst fl-Artikolu 191 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 718/2007 jista' jkun eliġibbli taħt l-assistenza teknika.
G. Modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, l-intensità massima ta' għajnuna għall-modernizzazzjoni tal-azjendi agrikoli għandha tkun ta' 75% tal-ammont ta' investiment eliġibbli għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta' Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (2), fi ħdan perijodu massimu ta' erba' snin mid-data tal-adeżjoni skont l-Artikoli 3(2) u 5(1) ta' dik id-Direttiva.
H. Żamma ta' standards
Fil-qafas leġislattiv dwar l-iżvilupp rurali għall-perijodu ta' programmazzjoni 2014-2020, fir-rigward tal-Kroazja, ir-rekwiżiti amministrattivi statutorji msemmija fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 applikabbli f'dak il-perijodu ta' programmazzjoni għandhom jiġu rispettati skont l-iskeda ta' żmien li ġejja: ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt A tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2014; ir-rekwiżiti msemmija fil-Punt B tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2016; u r-rekwiżiti msemmija fil-punt C tal-Anness II għandhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2018.
ANNESS VII
Impenji speċifiċi meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja fin-negozjati tal-adeżjoni (imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)
|
1. |
Li tkompli tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni tagħha għar-Riforma Ġudizzjarja. |
|
2. |
Li tkompli ssaħħaħ l-indipendenza, id-dmir ta' rendikont, l-imparzjalità u l-professjonaliżmu tal-ġudikatura. |
|
3. |
Li tkompli ttejjeb l-effiċjenza tal-ġudikatura. |
|
4. |
Li tkompli ttejjeb it-trattament tal-każijiet interni ta' delitti tal-gwerra. |
|
5. |
Li tkompli tiżgura rekord sostnut ta' riżultati sostanzjali bbażat fuq investigazzjoni, prosekuzzjoni u sentenzi tal-qrati effiċjenti, effettivi u imparzjali f'kawżi dwar kriminalità organizzata u korruzzjoni fil-livelli kollha inkluża l-korruzzjoni f'livell għoli, u f'setturi vulnerabbli bħal dak tal-akkwist pubbliku. |
|
6. |
Li tkompli ttejjeb ir-rekord tagħha ta' miżuri ta' prevenzjoni msaħħa fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-konflitt ta' interess. |
|
7. |
Li tkompli ssaħħaħ il-protezzjoni tal-minoranzi, inkluż permezz tal-implimentazzjoni effettiva tal-Att Kostituzzjonali dwar id-Drittijiet tal-Minoranzi Nazzjonali (CARNM). |
|
8. |
Li tkompli tindirizza l-kwistjonijiet pendenti tar-ritorn tar-refuġjati. |
|
9. |
Li tkompli ttejjeb il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem. |
|
10. |
Li tkompli tikkoopera bis-sħiħ mat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja. |
ANNESS VIII
Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tal-industrija Kroata tal-bini ta' bastimenti (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1), tal-Att tal-Adeżjoni)
Il-kumpanniji tal-bini ta’ bastimenti li għandhom jiġu ristrutturati (minn issa 'l quddiem magħrufin bħala "il-kumpanniji") huma dawn li ġejjin:
|
— |
Brodograđevna industrija 3. MAJ dioničko društvo, Rijeka (minn issa 'l quddiem imsejħa "3. MAJ") |
|
— |
BRODOTROGIR d.d., Trogir (minn issa 'l quddiem imsejħa "Brodotrogir") |
|
— |
BRODOGRAĐEVNA INDUSTRIJA SPLIT, dioničko društvo, Split (minn issa 'l quddiem imsejħa "Brodosplit") |
|
— |
BRODOSPLIT-BRODOGRADILIŠTE SPECIJALNIH OBJEKATA društvo s ograničenom odgovornošću, Split (minn issa 'l quddiem imsejħa "BSO") |
|
— |
BRODOGRADILIŠTE KRALJEVICA dioničko društvo za izgradnju i popravak brodova, Kraljevica (minn issa 'l quddiem imsejħa "Kraljevica"). |
Il-Kroazja qablet li twettaq ir-ristrutturar ta' dawn il-kumpanniji permezz tal-privatizzazzjoni tagħhom abbażi ta' proċedura kompetittiva ta' sejħa pubblika għall-offerti. Il-pjani ta' ristrutturar għal dawn il-kumpanniji ġew ippreżentati mill-offerenti u aċċettati mill-Aġenzja Kroata tal-Kompetizzjoni u l-Kummissjoni. Il-pjanijiet ta' ristrutturar ser jiġu inkorporati fil-kuntratti ta' privatizzazzjoni rispettivi li għandhom jiġu konklużi bejn il-Kroazja u x-xerrejja tal-kumpanniji.
Il-pjani ta' ristrutturar ippreżentati għal kull waħda minn dawn il-kumpanniji jispeċifikaw il-kondizzjonijiet prinċipali li ġejjin, li għandhom jiġu rispettati fil-proċess ta' ristrutturar:
|
— |
L-għajnuna mill-Istat kollha li rċevew dawn il-kumpanniji mill-1 ta' Marzu 2006 għandha titqies bħala għajnuna għar-ristrutturar. Il-kumpanniji għandhom jipprovdu kontribuzzjoni għall-pjan ta' ristrutturar mir-riżorsi proprji tagħhom li għandhom ikunu reali, ħielsa minn għajnuna mill-Istat u li tirrappreżenta tal-inqas 40 % tal-ispejjeż totali tar-ristrutturar. |
|
— |
Il-kapaċità ta' produzzjoni globali għall-kumpanniji għandha titnaqqas sal-livelli tal-1 ta' Ġunju 2011 minn 471 324 CGT għal 372 346 CGT. Il-kumpanniji għandhom inaqqsu l-kapaċità ta' produzzjoni tagħhom mhux aktar tard minn tnax-il xahar wara l-iffirmar tal-kuntratt ta' privatizzazzjoni. It-tnaqqis tal-kapaċità għandu jiġi implimentat permezz tal-għeluq permanenti tal-iskali, billi l-iskali jiġu limitati għall-produzzjoni militari esklużiva skont l-Artiklu 346 tat-TFUE u/jew permezz ta' tnaqqis tas-superfiċje. Is-CGTs huma unitajiet ta' kejl tal-produzzjoni kkalkulata skont ir-regoli applikabbli tal-OECD. |
|
— |
Il-produzzjoni annwali totali tal-kumpanniji għandha tkun limitata għal 323 600 CGT għal perijodu ta' għaxar snin, mill-1 ta' Jannar 2011. Il-produzzjoni tal-kumpanniji ser tkun limitata għal-livelli li ġejjin (1):
Il-kumpanniji jistgħu jaqblu li jeżaminaw mill-ġdid il-limiti ta' produzzjoni individwali tagħhom. Abbażi tal-ftehimiet vinkolanti, huma jistgħu jistabbilixxu espressament liema porzjon tal-kwota ta' produzzjoni individwali tagħhom (espressa f'CGTs) huma ser jagħtu lil xulxin. Il-limitu ta' produzzjoni annwali ġenerali ta' 323 600 CGT għandu jiġi rrispettat. |
|
— |
Il-pjanijiet ta' ristrutturar jispeċifikaw ukoll għadd ta' miżuri oħrajn li kull kumpannija ser timplimenta biex jiġi żgurat ir-ritorn għal vijabbiltà fit-tul. |
Kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-pjanijiet għandha tikkonforma mal-kondizzjonijiet prinċipali fil-proċess ta' ristrutturar elenkati hawn fuq u għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni għall-aċċettazzjoni.
Il-kumpanniji ma għandhom jirċievu l-ebda għajnuna ta' salvataġġ jew għar-ristrutturar ġdida qabel ma jkunu għaddew mill-inqas għaxar snin mid-data tal-firma tal-kuntratt ta' privatizzazzjoni. Mal-adeżjoni tal-Kroazja, il-Kummissjoni għandha tordna lill-Kroazja biex tirkupra kwalunkwe għajnuna ta' salvataġġ jew għar-ristrutturar mogħtija bi ksur ta' din id-dispożizzjoni, b'interessi komposti.
Il-pjanijiet ta' ristrutturar li ġew aċċettati mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni u mill-Kummissjoni ser jiġu inkorporati fil-kuntratti ta' privatizzazzjoni rispettivi li ser jiġu konklużi bejn il-Kroazja u x-xerrejja tal-kumpanniji. Il-kuntratti ta' privatizzazzjoni għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-aċċettazzjoni u għandhom jiġu ffirmati qabel l-adeżjoni tal-Kroazja.
Il-Kummissjoni ser tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' ristrutturar u l-konformità mal-kondizzjonijiet li jinsabu f'dan l-Anness rigward il-livell tal-għajnuna mill-Istat, il-kontribuzzjoni proprja, it-tnaqqis tal-kapaċità, il-limitazzjoni tal-produzzjoni u l-miżuri meħudin biex jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà.
Dan il-monitoraġġ għandu jitwettaq kull sena tal-perijodu ta' ristrutturar. Il-Kroazja għandha tikkonforma bis-sħiħ mall-arranġamenti kollha għall-monitoraġġ. B'mod partikolari:
|
— |
Il-Kroazja għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapporti ta' kull sitt xhur dwar ir-ristrutturar tal-kumpanniji li qed jibbenefikaw, mhux aktar tard mill-15 ta' Jannar u l-15 ta' Lulju kull sena sal-aħħar tal-perijodu ta' ristrutturar. |
|
— |
Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-monitoraġġ tal-proċess ta' ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja, it-tnaqqis tal-kapaċità, il-limitazzjoni tal-produzzjoni u l-miżuri meħudin biex jiġi żgurat ir-ritorn għall-vijabbiltà. |
|
— |
Il-Kroazja għandha tippreżenta rapporti dwar il-produzzjoni annwali tal-kumpanniji fil-proċess ta' ristrutturar, mhux aktar tard mill-15 ta' Lulju kull sena, sal-aħħar tal-2020. |
|
— |
Il-Kroazja għandha tobbliga lill-kumpanniji biex jikxfu d-data rilevanti kollha li tista', f'ċirkostanzi oħrajn, titqies bħala kunfidenzjali. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-informazzjoni kunfidenzjali speċifika għal kumpannija ma tinkixifx. |
Il-Kummissjoni tista' fi kwalunkwe ħin tiddeċiedi li tagħti mandat lil espert indipendenti biex jevalwa r-riżultati tal-monitoraġġ, iwettaq kwalunkwe riċerka meħtieġa u jirrapporta lill-Kummissjoni. Il-Kroazja ser tipprovdi kooperazzjoni sħiħa lill-espert indipendenti maħtur mill-Kummissjoni u tiżgura li t-tali espert ikollu aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha li jkollu bżonn biex iwettaq l-impenji fdati lilu mill-Kummissjoni.
Mal-adeżjoni tal-Kroazja, il-Kummissjoni għandha tordna lill-Kroazja biex tirkupra l-għajnuna ta' salvataġġ jew għar-ristrutturar kollha mogħtija mill-1 ta' Marzu 2006 lil kumpannija partikolari, b'interessi komposti jekk:
|
— |
il-kuntratt ta' privatizzazzjoni għal din il-kumpannija ma jkunx għadu ġie ffirmat jew ma jinkorporax kompletament il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' ristrutturar aċċettat mill-Aġenzija Kroata tal-Kompetizzjoni u mill-Kummissjoni, jew |
|
— |
il-kumpannija ma tkunx ipprovdiet kontribuzzjoni reali, ħielsa mill-għajnuna mill-Istat, mir-riżorsi proprji tagħha, li tirrappreżenta tal-inqas 40 % tal-ispejjeż ta' ristrutturar, jew |
|
— |
it-tnaqqis tal-kapaċità tal-produzzjoni globali ma ġietx implimentata fi żmien tnax-il xahar mill-iffirmar tal-kuntratt ta' privatizzazzjoni. F'dak il-każ, l-irkupru tal-għajnuna għandu jkun meħtieġ biss minn dawk il-kumpanniji li ma jkunux kisbu t-tnaqqis tal-kapaċità individwali kif ġej:
|
|
— |
il-limitazzjoni tal-produzzjoni globali għall-kumpaniji (jiġifieri 323 600 CGT) tkun inqabżet fi kwalunkwe sena kalendarja individwali bejn l-2011 u l-2020. F'dak il-każ, l-irkupru tal-għajnuna għandu jkun meħtieġ minn dawk il-kumpanniji li jkunu qabżu l-limiti ta' produzzjoni individwali tagħhom (jekk applikabbli, kif emendat minn ftehim legalment vinkolanti ma' kumpannija tal-bini tal-bastimenti oħra). |
(1) Il-produzzjoni annwali ta' kumpannija partikolari hija kkalkulata kif ġej: Il-bidu tal-produzzjoni ta' bastiment hija d-data ppjanata tal-qtugħ tal-azzar, u t-tmiem tal-produzzjoni hija d-data prevista tal-kunsinna tal-bastiment kif stabbilit fil-kuntratt max-xerrej (jew id-data antiċipata tal-kunsinna tal-bastiment mhux komplut meta l-kostruzzjoni tal-bastiment tkun kondiviża bejn żewġ kumpanniji). L-għadd ta' CGTs li jikkorrispondu ma' bastiment huwa allokat b'mod lineari mas-snin kalendarji li jkopru l-perijodu tal-produzzjoni. Il-produzzjoni totali ta' kumpannija f'sena partikolari hija kkalkulata billi jingħaddu s-CGTs prodotti matul dik is-sena.
ANNESS IX
Impenji meħudin mir-Repubblika tal-Kroazja dwar ir-ristrutturar tas-settur tal-azzar (imsemmija fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(1) tal-Att tal-Adeżjoni)
Permezz ta' ittra datata t-23 ta' Mejju 2011, il-Kroazja infurmat lill-Kummissjoni li rċeviet rikonoxximent tad-dejn mill-produttur tal-azzar CMC Sisak d.o.o., li jikkorrispondi għal dik l-għajnuna ta' ristrutturar minn din il-kumpannija matul il-perijodu mill-1 ta' Marzu 2002 sat-28 ta' Frar 2007, flimkien mal-interessi komposti (1). L-għajnuna mill-Istat li rċeviet, mingħajr interessi komposti, tammonta għal HRK 19 117 572,36.
Mal-adeżjoni tal-Kroazja, f'każ li l-ammont totali ta' din l-għajnuna flimkien mal-interess kompost ma jkunx ġie rimburżat minn CMC Sisak d.o.o., il-Kummissjoni għandha tordna lill-Kroazja biex tirkupra kwalunkwe għajnuna ta' salvataġġ u għar-ristrutturar mogħtija lil dik il-kumpannija mill-1 ta' Marzu 2006, b'interess kompost.
(1) Li għandu jiġi kkalkulat skont l-Artikoli 9 sa 11 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat KE (ĠU L 140, 30.4.2004, p.1), kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1125/2009 (ĠU L 308, 24.11.2009, p. 5).
PROTOKOLL
dwar ċerti arranġamenti dwar trasferiment possibbli ta' darba ta' unitajiet ta' ammont assenjati maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonjiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima lir-Repubblika tal-Kroazja, kif ukoll il-kumpens relatat
IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA,
WAQT LI JINNOTAW li minħabba ċ-ċirkustanzi speċifiċi storiċi li affettwaw lill-Kroazja, inqabel li tiġi espressa r-rieda biex tingħata assistenza lill-Kroazja permezz ta' trasferiment ta' darba ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto għall-Konvenzjoni Kwadru tan-Nazzjonjiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima ("il-Protokoll ta’ Kjoto"),
WAQT LI JINNOTAW li kwalunkwe trasferiment bħal dan isir biss f'okkażjoni waħda, ma joħloqx preċedent u jirrifletti n-natura unika u eċċezzjonali tas-sitwazzjoni tal-Kroazja,
WAQT LI JENFASIZZAW li kwalunkwe trasferiment bħal dan ikollu jiġi kkumpensat mill-Kroazja permezz ta' aġġustament tal-obbligi tagħha taħt id-Deċiżjoni Nru 406/2009/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar l-isforz tal-Istati Membri biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom tal-gassijiet serra biex jonoraw l-impenji tal-Komunità għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2020 (1) sabiex tiġi żgurata l-integrità ambjentali billi tiġi evitata żieda fl-ammont totali ta' emissjonijiet permessi tal-Unjoni u l-Kroazja sal-2020,
QABLU DWAR ID-DISPOŻIZZJONIJIET SEGWENTI:
PARTI I
TRASFERIMENT
Artikolu 1
Din il-Parti għandha tapplika għal miżuri relatati ma' trasferiment possibbli ta' darba ta' kwantità ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati (AAU) maħruġa taħt il-Protokoll ta' Kjoto lill-Kroazja.
Artikolu 2
Ma għandu jsir l-ebda trasferiment kemm-il darba l-Kroazja ma tkunx irtirat l-appell tagħha kontra d-deċiżjoni tal-fergħa tal-infurzar tal-Kumitat ta' Konformità tal-Protokoll ta' Kjoto skont kwalunkwe regola u limitu ta' żmien rilevanti li jirregolaw l-irtirar ta' appelli, qabel il-bidu tal-Konferenza UNFCCC f'Durban (28 ta' Novembru - 9 ta' Diċembru 2011).
Kwalunkwe trasferiment għandu jiddependi mid-determinazzjoni tat-Tim Espert tal-Analiżi tal-UNFCCC, wara l-perijodu tal-verità ("true-up period"), li l-Kroazja ma żammitx mal-impenji tagħha taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto.
L-ebda trasferiment ma għandu jseħħ kemm-il darba l-Kroazja ma tkunx għamlet l-isforzi kollha raġonevoli biex tikkonforma mal-impenji tagħha taħt l-Artikolu 3 tal-Protokoll ta' Kjoto, inkluż l-użu sħiħ tal-unitajiet ta' tneħħija mill-użu tal-art, il-bidla fl-użu tal-art u l-forestrija.
Artikolu 3
Kwalunkwe deċiżjoni dwar it-trasferiment ta' AAUs għandha tiġi adottata skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (2). Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita mill-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima stabbilit bl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (3). Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. L-ebda deċiżjoni bħal din ma għandha tiġi adottata fejn ma tkun ingħatat l-ebda opinjoni.
L-AAUs li għandhom jiġu ttrasferiti għandhom jittieħdu mill-kwantità ta' Unitajiet ta' Ammont Assenjati msemmija fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/944/KE tal-14 ta' Diċembru 2006 li tiddetermina l-livelli rispettivi ta' emissjonijiet allokati lill-Komunità u lil kull wieħed mill-Istati Membri tagħha taħt il-Protokoll ta' Kjoto skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/358/KE (4).
Kwalunkwe trasferiment ma għandux jeċċedi kwantità totali ta' 7 000 000 AAU.
PARTI II
KUMPENS
Artikolu 4
Din il-Parti għandha tapplika għall-kumpens li għandu jiġi pprovdut mill-Kroazja f'każ ta' trasferiment ta' AAU skont id-dispożizzjonijiet ta' Parti I.
Artikolu 5
1. Il-Kroazja għandha tikkumpensa kwalunkwe AAU trasferita lilha permezz ta' aġġustament, skont dan l-artikolu, tal-obbligi tagħha taħt id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 406/2009/KE.
B'mod partikolari, l-ammont ekwivalenti f'tunnellati ekwivalenti ta' diossidu tal-karbonju għal kwalunkwe AAU trasferita għandha, skont dan l-Artikolu, titnaqqas mill-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali tal-Kroazja ladarba jkunu ġew iddeterminati skont l-Artikolu 3(2) tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 406/2009/KE.
2. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ċ-ċifri għall-allokazzjonijiet tal-emissjonijiet annwali tal-Kroazja li jirriżultaw mit-tnaqqis li jsir skont il-paragrafu 1.
(1) ĠU L 140, 5.6.2009, p. 136.
(2) ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.
(4) ĠU L 358, 16.12.2006, p. 87. Deċiżjoni kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/778/UE (ĠU L 332, 16.12.2010, p 41).