|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IS-SEBA' PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 347
(ex Artikolu 297 TKE)
L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin bil-għan li jieħdu flimkien il-miżuri meħtieġa sabiex jipprevjenu li l-funzjonament tas-suq intern jiġi milqut minn miżuri li Stat Membru jista’ jkollu jieħu fil-każ ta’ disturb serju intern li jolqot l-ordni pubbliku, fil-każ ta’ gwerra jew tensjoni internazzjonali serja li tikkostitwixxi theddida ta’ gwerra, jew sabiex jesegwixxi obbligi li jkun assuma bil-għan li jżomm il-paċi u s-sigurtà internazzjonali.