26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IS-SEBA' PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 338

(ex Artikolu 285 TKE)

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5 tal-Protokoll dwar l-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw miżuri għall-produzzjoni ta’ statistiċi fejn meħtieġa għat-twettiq ta' l-attivitajietta' l-Unjoni.

2.   L-istatistiċi li jiġu prodotti għandhom jirrispettaw l-imparzjalità, l-affidabbiltà, l-oġġettività, l-indipendenza xjentifika, il-proporzjonalità ta' l-ispiża mar-riżultat u l-konfidenzjalità statistika; m'għandhomx joħolqu piż żejjed fuq l-operaturi ekonomiċi.