|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IS-SITT PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU III
KOPERAZZJONI IMSAĦĦA
Artikolu 327
(ex Artikolu 27A sa 27E, 40 sa 40B u 43 sa 45 TUE u l-ex Artikoli 11 u 11A TKE)
Kull koperazzjoni msaħħa għandha tirrispetta l-kompetenzi, id-drittijiet u l-obbligi ta' dawk l-Istati Membri li ma jipparteċipawx fiha. Dawn l-Istati Membri m'għandhomx ifixklu l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Membri parteċipanti.