|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IS-SITT PARTI
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI
TITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET
KAPITOLU 1
L-ISTITUZZJONIJIET
TAQSIMA 5
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA TA' L-UNJONI EWROPEA
Artikolu 252
(ex Artikolu 222 TKE)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tkun assistita minn tmien Avukati Ġenerali. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hekk titlob, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’unanimità, jista jżid in-numru ta’ l-Avukati Ġenerali.
L-Avukat Generali għandu d-dmir li pubblikament bl-ikbar imparzjalita u b’indipendenza sħiha jipproponi konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li skond l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu.