26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IS-SITT PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET

KAPITOLU 1

L-ISTITUZZJONIJIET

TAQSIMA 2

IL-KUNSILL EWROPEW

Artikolu 236

Il-Kunsill Ewropew għandu jadotta b'maġġoranza kwalifikata:

a)

deċiżjoni li tistabbilixxi l-lista tal-formazzjonijiet tal-Kunsill minbarra dawk ta' l-affarijiet ġenerali u ta' l-affarijiet barranin, skond l-Artikolu 16(6), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

b)

deċiżjoni dwar il-Presidenza tal-formazzjonijiet tal-Kunsill minbarra dik ta' l-affarijiet barranin, skond l-Artikolu 16(9), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.