26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IS-SITT PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET

KAPITOLU 1

L-ISTITUZZJONIJIET

TAQSIMA 1

IL-PARLAMENT EWROPEW

Artikolu 232

(ex Artikolu 199 TKE)

Il-Parlament Ewropew għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu b’vot tal-maġġoranza tal-membri tiegħu.

L-atti tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu pubblikati skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tar-regoli ta' proċedura.