26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IT-TIELET PARTI

POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

TITOLU XIX

IR-RIĊERKA, L-IŻVILUPP TEKNOLOĠIKU U L-ISPAZJU

Artikolu 189

1.   Sabiex jiġu promossi l-progress xjentifiku u teknoloġiku, il-kompetittività industrijali u l-implimentazzjoni tal-politika tagħha, l-Unjoni għandha tfassal politika Ewropea dwar l-ispazju. Għal dan il-għan, tista' tippromwovi inizjattivi konġunti, tagħti appoġġ lir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku u tikkoordina l-isforzi meħtieġa għall-esplorazzjoni u l-isfruttament ta' l-ispazju.

2.   Sabiex jikkontribwixxu għat-twettiq ta' l-objettivi previsti fil-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa, li jistgħu jieħdu l-forma ta' programm Ewropew dwar l-ispazju, bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ta' l-Istati Membri.

3.   L-Unjoni għandha tistabbilixxi relazzjonijiet xierqa ma' l-Aġenzija Ewropea ta' l-Ispazju.

4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn ta' dan it-Titolu.