26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IT-TIELET PARTI

POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

TITOLU XIX

IR-RIĊERKA, L-IŻVILUPP TEKNOLOĠIKU U L-ISPAZJU

Artikolu 186

(ex Artikolu 170 TKE)

Fl-implimentazzjoni tal-programm qafas pluriennali, l-Unjoni tista’ tipprovdi għall-koperazzjoni ma' stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tar-riċerka, ta' l-iżvilupp teknoloġiku u tad-dimonstrazzjoni ta' l-Unjoni.

L-arranġamenti dettaljati għal din il-koperazzjoni jistgħu jkunu s-suġġetti ta' ftehim bejn l-Unjoni u l-partijiet terzi involuti.