26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IT-TIELET PARTI

POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

TITOLU XVIII

KOEŻJONI EKONOMIKA, SOĊJALI U TERRITORJALI

Artikolu 178

(ex Artikolu 162 TKE)

Ir-Regolamenti ta' implimentazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-Fond Ewropew ta’ Żvilupp Reġjonali għandhom isiru mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja wara li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-Fond Ewropew għall-Gwida u l-Garanziji fl-Agrikoltura, Sezzjoni tal-Gwida, u mal-Fond Soċjali Ewropew, l-Artikolu 43 u 164 rispettivament għandhom jibqgħu japplikaw.