26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IT-TIELET PARTI

POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

TITOLU XIII

KULTURA

Artikolu 167

(ex Artikolu 151 TKE)

1.   L-Unjoni għandha tikkontribwixxi għall-fjoritura tal-kulturi ta' l-Istati Membri, filwaqt li tirrispetta d-diversità nazzjonali u reġjonali tagħhom u fl-istess waqt tirriżalta il-wirt kulturali komuni.

2.   L-azzjoni ta' l-Unjoni għandha jkollha il-mira li tinkoraġġixxi l-koperazzjoni bejn l-Istati Membri u, jekk jinħtieġ, tappoġġa u tissupplimenta l-azzjoni tagħhom fl-oqsma li ġejjin:

it-titjib fit-tagħrif u fit-tixrid tal-kultura u l-istorja tal-popli Ewropej,

il-konservazzjoni u l-protezzjoni tal-wirt kulturali Ewropew sinifikanti,

skambji kulturali li mhumiex ta' natura kummerċjali,

il-kreazzjoni artistika u letterarja, inklużi dawk fis-settur awdjo-viżiv.

3.   L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkultivaw il-koperazzjoni ma' pajjiżi terzi u ma' l-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kultura, partikolarment il-Kunsill ta' l-Ewropa.

4.   L-Unjoni għandha tagħti każ ta' l-aspetti kulturali fl-azzjonijiet tagħha taħt dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati, partikolarment sabiex tirrispetta u tippromwovi id-diversità tal-kulturi tagħha.

5.   Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba ta' l-għanijiet indikati f'dan l-Artikolu:

il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni, għandhom jadottaw miżuri ta' inċentiv, eskluża l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri;

il-Kunsill għandu jadotta rakkomandazzjonijiet fuq proposta mill-Kummissjoni.