26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU IX
L-IMPJIEG
Artikolu 149
(ex Artikolu 129 TKE)
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jistgħu jadottaw miżuri ta’ inċentiva li jkunu mmirati sabiex jinkoraġġixxu l-koperazzjoni bejn Stati Membri u sabiex isostnu l-azzjoni tagħhom fil-qasam ta' l-impjiegi permezz ta’ inizjattivi li jkollhom l-għan li jkun żviluppat l-iskambju ta’ informazzjoni u ta’ l-aħjar prattiċi, li tkun provduta l-analiżi kumparattiva u pariri kif ukoll li ssir promozzjoni ta' atteġġjamenti innovattivi u l-valutazzjoni ta' l-esperjenzi, partikolarment billi wieħed jirrikorri għall-proġetti pilota.
Dawk il-miżuri m’għandhomx jinkludu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.