26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IT-TIELET PARTI

POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI

TITOLU IX

L-IMPJIEG

Artikolu 146

(ex Artikolu 126 TKE)

1.   L-Istati Membri, permezz tal-politika tagħhom għall-impjieg, għandhom jikkontribwixxu sabiex jitwettqu l-objettivi li hemm imsemmija fl-Artikolu 145 b’mod konsistenti ma linji ta’ gwida ġenerali tal-politika ekonomika ta' l-Istati Membri u ta' l-Unjoni adottati skond l-Artikolu 121(2).

2.   L-Istati Membri, wara li jikkunsidraw il-prattiċi nazzjonali fejn għandhom x'jaqsmu r-responsabbilitajiet ta' min imexxi u tal-ħaddiema, għandhom iqisu l-promozzjoni ta' l-impjiegi bħala materja ta’ interess komuni u għandhom jikkordinaw l-azzjoni tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma' dan fi ħdan il-Kunsill, skond id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 148.