|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VIII
POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA
KAPITOLU 3
DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI
Artikolu 134
(ex Artikolu 114 TKE)
1. Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju qiegħed jiġi stabbilit sabiex jippromwovi l-koordinazzjoni tal-linji politiċi ta' l-Istati Membri sa fejn hu l-iktar possibbli għall-funzjonament tas-suq intern.
2. Il-Kumitat Ekonomiku u Finazjarju għandu jkollu dawn il-mandati li ġejjin:
|
— |
li jagħti opinjonijiet fuq talba tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tiegħu stess sabiex dawn jiġu ppreżentati lil dawk l-istituzzjonijiet; |
|
— |
li jżomm taħt sorveljanza s-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' l-Istati Membri u ta' l-Unjoni u li jirraporta regolarment lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, partikolarment fuq ir-relazzjonijiet finanzjarji ma' pajjiżi terzi u ma' istituzzjonijiet internazzjonali; |
|
— |
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 240, sabiex jikkontribwixxi għall-preparazzjoni tax-xogħol tal-Kunsill imsemmija fl-Artikoli 66, 75, 121(2), (3), (4) u (6), 122, 124, 135, 126, 127(6), 128(2), 129(3) u (4), 138, 140(2) u (3), 143, 144(2) u (3), u 219 u li jagħmel xogħol ieħor konsultattiv u preparatorju assenjat lilu mill-Kunsill; |
|
— |
li jeżamina, għall-inqas darba fis-sena, s-sitwazzjoni tal-moviment ta’ kapital u libertà tat-trasferimenti tal-pagamenti, kif dawn jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattati u tal-miżuri adottati mill-Kunsill; l-eżami għandu jkopri il-miżuri kollha relatati mal-movimenti tal-kapital u ma’ trasferimenti tal-ħlasijiet; il-Kumitat għandu jirraporta lill-Kummissjoni u lill-Kunsill fuq l-eżitu ta' dan l-eżami; |
L-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jaħtru mhux aktar minn żewġ membri tal-Kumitat, kull wieħed.
3. Il-Kunsill fuq proposta mill-Kummissjoni u wara li jikkonsulta mal-Bank Ċentrali Ewropew u mal-Kumitat imsemmi f’dan l-Artikolu, għandu jindika dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju. Il-President tal-Kunsill għandu jinforma lill-Parlament Ewropew bid-deċiżjoni.
4. Minbarra l-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 2, jekk u sakemm ikun hemm Stati Membri b’ deroga bħal dik imsemmija fl-Artikoli 139, il-Kumitat għandu jżomm taħt sorveljanza s-sitwazzjoni monetarja u finanzjarja u s-sistema ta’ ħlasijiet ġenerali ta’ dawk l-Istati Membri u jirrapporta regolarment dwar dan lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.