|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VII
REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET
KAPITOLU 3
APROSSIMAZZJONI TA' LIĠIJIET
Artikolu 117
(ex Artikolu 97 TKE)
1. Jekk ikollu raġuni għax jibża’ li l-adozzjoni jew emenda ta’ liġi, regolament jew regola amministrattiva tkun se ġġib f’nuqqas ta’ bilanċ fis-sens ta’ l-Artikolu preċedenti, l-Istat Membru li jkun irid jipproċedi għal dan għandu jikkonsulta l-Kummissjoni. Wara li tikkonsulta l-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tirrakkomanda lill-Istati interessati dawk il-miżuri li jistgħu jkunu xierqa sabiex jevitaw in-nuqqas ta’ bilanċ imsemmi.
2. Jekk l-Istat li jkun jixtieq jintroduċi jew jemenda dispożizzjonijiet nazzjonali ma jwettaqx ir-rakkomandazzjoni magħmula lilu mill-Kummissjoni, Stati Membri oħra ma għandhomx jintalbu, skond it-termini ta’ l-Artikolu 116, sabiex jemendaw id-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom stess sabiex jikkoreġu dak in-nuqqas ta’ bilanċ. Jekk l-Istat Membru li jinjora r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jġib nuqqas ta’ bilanċ bi ħsara tiegħu nnifsu biss, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 116 ma għandhomx japplikaw.