|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU VII
REGOLI KOMUNI FUQ IL-KOMPETIZZJONI, FUQ IT-TASSAZZJONI U L-APPROSSIMAZZJONI TAL-LIĠIJIET
KAPITOLU 1
REGOLI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONI
TAQSIMA 1
REGOLI LI JAPPLIKAW GĦAL IMPRIŻI
Artikolu 103
(ex Artikolu 83 TKE)
1. Ir-regolamenti jew id-direttivi xierqa għall-applikazzjoni tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 101 u 102 għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill fuq proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta l-Parlament Ewropew.
2. Id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom l-għan, partikolarment:
|
a) |
biex jassiguraw l-osservanza tal-projbizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 101(1) u fl-Artikolu 102, bl-istituzzjoni ta’ multi jew penali perjodiċi, |
|
b) |
biex jiddeterminaw il-modalitajiet għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 101(3), b’kunsiderazzjoni xierqa għall-ħtieġa li jassiguraw superviżjoni adegwata flimkien ma’ l-iktar simplifikazzjoni massima possibbli ta’ kontroll amministrattiv, |
|
c) |
fejn meħtieġ, sabiex jiddefinixxu l-ambitu ta’ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 101 u 102 dwar id-diversi setturi ekonomiċi, |
|
d) |
biex jispeċifikaw il-kompiti rispettivi tal-Kummissjoni u tal- Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dan il-paragrafu, |
|
e) |
biex jispeċifikaw ir-relazzjoni tal-liġijiet nazzjonali mad-dispożizzjonijiet ta’ din it-Taqsima u dawk adottati fl-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. |