|
26.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/1 |
TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)
IT-TIELET PARTI
POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI
TITOLU V
L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA
KAPITOLU 1
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 74
(ex Artikolu 66 TKE)
Il-Kunsill għandu jadotta miżuri sabiex jassigura l-koperazzjoni amministrattiva bejn is-servizzi kompetenti ta' l-Istati Membri fl-oqsma koperti b'dan it-Titolu, kif ukoll bejn dawk is-servizzi u l-Kummissjoni. Huwa għandu jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, suġġett għall-Artikolu 76, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.