12008M039

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Kapitolu 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Taqsima 1: Dispożizzjonijiet komuni - Artikolu 39

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0036 - 0036


Artikolu 39

Skond l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea u b'deroga mill-paragrafu 2 tiegħu, il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi r-regoli li għandhom x'jaqsmu mal-protezzjoni ta' l-individwi fir-rigward ta' l-ipproċessar ta' data personali mill-Istati Membri meta jwettqu attivitajiet li jaqgħu fil-kamp ta' l-applikazzjoni ta' dan il-Kapitolu, u r-regoli dwar il-moviment liberu ta' din id-data. Il-ħarsien ta' dawn ir-regoli għandu jkun suġġett għall-kontroll minn awtoritajiet indipendenti.

--------------------------------------------------