12008M038

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Kapitolu 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Taqsima 1: Dispożizzjonijiet komuni - Artikolu 38 (ex Artikolu 25 TUE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0036 - 0036


Artikolu 38

(ex Artikolu 25 TUE)

Bla preġudizzju għall-Artikolu 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, Kumitat ta' Politika u Sigurtà għandu jissorvelja s-sitwazzjoni internazzjonali ta' dawk l-oqsma li huma koperti bil-politika estera u ta' sigurtà komuni u għandu jikkontribwixxi għad-definizzjoni ta' linji politiċi billi jagħti opinjonijiet lill-Kunsill fuq it-talba tal-Kunsill tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jew b'inizjattiva tiegħu stess. Għandu jissorvelja wkoll l-implimentazzjoni tal-linji politiċi miftiehma, mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tar-Rappreżentant Għoli.

Fil-qafas ta' dan il-Kapitolu, il-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-Rappreżentant Għoli, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjonijiet ta' maniġġar ta' kriżijiet previsti fl-Artikolu 43.

Il-Kunsill jista' jawtorizza lill-Kumitat, għall-finijiet u għaż-żmien ta' l-operazzjoni sabiex issolvi l-kriżi, kif jiġi deċiż mil-Kunsill, sabiex jieħu d-deċiżjonijiet xierqa rigward il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta' l-operazzjoni.

--------------------------------------------------