12008M030

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Kapitolu 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Taqsima 1: Dispożizzjonijiet komuni - Artikolu 30 (ex Artikolu 22 TUE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0033 - 0033


Artikolu 30

(ex Artikolu 22 TUE)

1. Kull Stat Membru, ir-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, jew ir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jistgħu jirriferu lill-Kunsill kull kwistjoni li għandha x'taqsam mal-politika estera u ta' sigurtà komuni u jistgħu jippreżentaw, rispettivament, inizjattivi jew proposti lill-Kunsill.

2. F'każijiet li jirrikjedu deċiżjoni malajr, ir-Rappreżentant Għoli fuq mozzjoni proprja, jew fuq it-talba ta' Stat Membru, għandu jlaqqa' seduta straordinarja tal-Kunsill fi żmien tmienja u erbgħin siegħa jew, f'każ ta' emerġenza, fi żmien inqas.

--------------------------------------------------