12008M001

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI - Artikolu 1 (ex Artikolu 1 TUE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0016 - 0016


Artikolu 1

(ex Artikolu 1 TUE) [2]

Permezz ta' dan it-Trattat, Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA qegħdin jistabbilixxu bejniethom l-UNJONI EWROPEA, hawn iżjed 'il quddiem imsejħa "l-Unjoni" li lilha l-Istati Membri jagħtu kompetenzi sabiex jiksbu għanijiet li għandhom komuni bejniethom.

Dan it-Trattat huwa pass ġdid lejn il-ħolqien ta' għaqda dejjem iżjed ravviċinata fost il-popli ta' l-Ewropa, li fiha d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadin.

L-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq dan it-Trattat u fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa "it-Trattati"). Dawn iż-żewġ Trattati għandu jkollhom l-istess valur legali. L-Unjoni għandha tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Komunità Ewropea.

[2] Din ir-referenza hija biss indikattiva. Ara t-Tabella ta' Korrispondenza.

--------------------------------------------------