12008M/PRO/33

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - PROTOKOLLI - Protokoll (nru 33) dwar l-artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0319 - 0319


PROTOKOLL (Nru 33)

DWAR L-ARTIKOLU 157 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA

Il-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA

QABLU dwar id-dispożizzjonijet li ġejjin, li huma annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea:

Għall-fini ta' l-Artikolu 157 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-benefiċċji pagabbli taħt skemi ta' sigurtà soċjali in konnessjoni ma' l-impjieg, ma jiġux ikkunsidrati bħala rimunerazzjoni jekk u sakemm jistgħu jiġu attribwiti għal perijodi ta' impjieg li ġew qabel is- 17 ta' Mejju 1990, ħlief fil-każ ta' ħaddiema jew ta' dawk l-aventi kawża, u li qabel dik id-data jkunu bdew proċeduri legali jew introduċew talba ekwivalenti taħt il-liġi nazzjonali li tkun tapplika.

--------------------------------------------------