Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - PROTOKOLLI - Protokoll (nru 27) dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0309 - 0309
PROTOKOLL (Nru 27) DWAR IS-SUQ INTERN U L-KOMPETIZZJONI IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, FILWAQT LI JIKKUNSIDRAW li s-suq intern kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jinkludi sistema li tassigura li l-kompetizzjoni ma tiġix distorta, QABLU li għal dawn l-għanijiet l-Unjoni għandha, jekk meħtieġ, tieħu miżuri skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati, b'inkluż l-Artikolu 352 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Dan il-Protokoll għandu jiġi anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. --------------------------------------------------