Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SEBA' PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI - Artikolu 355 (ex Artikolu 299(2), l-ewwel subparagrafu, u (3) sa (6), TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0197 - 0198
Artikolu 355 (ex Artikolu 299(2), l-ewwel subparagrafu, u (3) sa (6), TKE) Barra mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar il-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet li ġejjin: 1. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom japplikaw għall-Gwadelup, għall-Gujana Franċiża, għall-Martinique, għal Réunion, għal Saint Barthélemy, għal Saint Martin, għall-Azores, għall-Madejra u għall-Gżejjer Kanarji, skond l-Artikolu 349. 2. L-arranġamenti speċjali għal assoċjazzjoni stabbiliti fil-Parti Erbgħa għandhom japplikaw għall-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej imsemmija fl-Anness II. It-trattati ma japplikawx għal dawk il-pajjiżi u territorji extra-ewropej li jkollhom relazzjonijiet speċjali mar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq li m' humiex inklużi fil-lista msemmija hawn fuq. 3. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati għandhom japplikaw għal territorji Ewropej li r-relazzjonijiet barranin tagħhom huma r-responsabbiltà ta' Stat Membru. 4. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattati ikunu japplikaw għal Gżejjer Åland skond id-dispożizzjonijiet kif indikati fi Protokoll Nru 2 ta' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja. 5. B'deroga mill-Artikolu 52 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mill-paragrafi 1 sa 4 ta' dan l-Artikolu: a) It-Trattati ma japplikawx għal Gżejjer Faeroe; b) It-Trattati m'għandhomx japplikaw għall-Arei ta' Bażi Sovrani tar-Renju Unit f'Akrotiri u Dhekelia f'Ċipru għajr safejn hu meħtieġ sabiex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti stabbiliti fil-Protokoll dwar l-Arei ta' Bażi Sovrani tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq f'Ċipru annessi ma' l-Att li jikkonċerna l-kondizzjonijiet ta' l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka għall-Unjoni Ewropea u skond it-termini ta' dak il-Protokoll. ċ) It-Trattati japplikaw għaċ-Channel Islands u l-Gżira ta' Man sal-limitu biss li hu meħtieg sabiex tiġi aċċertata l-implimentazzjoni ta' l-arranġamenti għal dawk il-gżejjer stipulati fit-Trattat li jikkonċerna l-adeżjoni ta' Stati Membri ġodda mal-Komunita' Ekonomika Ewropeja u mal-Komunita' Ewropea ta' l-Enerġija Atomika iffirmat fit- 22 ta' Jannar 1972. 6. Il-Kunsill Ewropew, fuq l-inizjattiva ta' l-Istat Membru kkonċernat, jista' jadotta deċiżjoni li temenda l-istatus, fir-rigward ta' l-Unjoni, ta' pajjiż jew territorju Daniż, Franċiż jew Olandiż previst fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kunsill Ewropew għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta l-Kummissjoni. --------------------------------------------------