12008E351

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SEBA' PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI - Artikolu 351 (ex Artikolu 307 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0196 - 0196


Artikolu 351

(ex Artikolu 307 TKE)

Id-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn ftehim konklużi qabel l- 1 ta' Jannar 1958 jew, għal Stati li jingħaqdu, id-data ta' l-Adeżjoni, bejn Stat Membru wieħed jew iktar u Stat mhux membru wieħed jew iktar, m'għandhomx jintlaqtu mid-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

Sa fejn dawn il-ftehim ma' jkunux kompatibbli mat-Trattati, l-Istat Membru jew Stati Membri in kwistjoni għandhom jieħdu l-miżuri opportuni sabiex titneħħa l-inkompatibbiltà li tista' tinstab. Jekk ikun hemm bżonn, l-Istati Membri għandhom jgħinu lil xulxin sabiex jintlaħaq dan il-għan, u fejn ikun opportun, għandhom jadottaw linja komuni.

Fl-implimentazzjoni tal-ftehim imsemmija fl-ewwel paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu li l-vantaġġi mogħtija bit-Trattati minn kull Stat Membru jagħmlu parti integrali mill-istabbiliment ta' l-Unjoni u huma għalhekk marbuta inseparabbilment mal-kreazzjoni ta' l-istituzzjonijiet komuni, ma' l-għotja lilhom tas-setgħat tagħhom u l-konċessjoni ta' l-istess vantaġġi mill-Istati Membri l-oħra kollha.

--------------------------------------------------