12008E293

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 2: Atti legali ta' l-Unjoni, proċeduri ta' adozzjoni u dispożizzjonijiet oħrajn - Taqsima 2: Proċeduri ta' adozzjoni ta' l-atti u dispożizzjonijiet oħra - Artikolu 293 (ex Artikolu 250 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0173 - 0173


Artikolu 293

(ex Artikolu 250 TKE)

1. Meta, skond it-Trattati, il-Kunsill jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, dan ma jistax jemenda dik il-proposta sakemm ma jiddeċiedix b'mod unanimu, ħlief fil-każijiet previsti fl-Artikolu 294(10) u (13), fl-Artikoli 310, 312, 314 u fit-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 315.

2. Sakemm il-Kunsill ma jkun ħa l-ebda azzjoni, il-Kummissjoni tista tibdel il-proposta tagħha f’kull ħin tul il-proċeduri li jwasslu għall-adozzjoni ta' att ta' l-Unjoni.

--------------------------------------------------