12008E281

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 281 (ex Artikolu 245 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0167 - 0167


Artikolu 281

(ex Artikolu 245 TKE)

L-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea jiġi stabbilit bi Protokoll separat.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, jistgħu jemendaw id-dispożizzjonijiet ta' l-Istatut, bl-eċċezzjoni tat-Titolu I u ta' l-Artikolu 64 tiegħu. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu jew fuq talba tal-Qorti tal-Ġustizzja u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni, jew fuq proposta tal-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Qorti tal-Ġustizzja.

--------------------------------------------------