Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 258 (ex Artikolu 226 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0160 - 0160
Artikolu 258 (ex Artikolu 226 TKE) Jekk il-Kummissjoni tikkunsidra li Stat Membru jkun naqas li jwettaq xi obbligu tiegħu skond dan it-Trattat, hija għandha toħroġ opinjoni motivata dwar il-materja wara li tagħti lill-Istat interessat l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu. Jekk l-Istat in kwistjoni ma jikkonformax ruħu ma' dik l-opinjoni fil-perjodu stabbilit mill-Kummissjoni, din ta' l-aħħar tista’ ġġib il-materja quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. --------------------------------------------------