Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 254 (ex Artikolu 224 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0158 - 0159
Artikolu 254 (ex Artikolu 224 TKE) In-numru ta' l-Imħallfin tal-Qorti Ġenerali jiġi stabbilit mill-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea. L-Istatut jista’ jipprovdi li l-Qorti Ġenerali tkun assistita minn Avukati Ġenerali. Il-membri tal-Qorti Ġenerali jintgħażlu minn fost persuni li ma jkunx hemm dubbju dwar l-indipendenza tagħhom u li jkollhom il-kapaċità li jeżerċitaw funzjonijiet għolja fil-ġudikatura. Dawn jiġu maħtura bi qbil komuni mill-gvernijiet ta' l-Istati Membri għal sitt snin, wara konsultazzjoni mal-Kumitat previst bl-Artikolu 255. Il-kompożizzjoni tal-Qorti tiġġedded parżjalment kull tliet snin. Il-membri li jirtiraw ikunu eliġibbli sabiex jerġgħu jinħatru. L-Imħallfin jaħtru l-President tal-Qorti Ġenerali minn fosthom għal perjodu ta' tliet snin. Dan jista’ jerġa’ jinħatar. Il-Qorti Ġenerali taħtar ir-Reġistratur tagħha u tippreskrivi r-regoli tas-servizz tiegħu. Il-Qorti Ġenerali għandha tistabbilixxi r-regoli tal-Proċedura tagħha bi qbil mal-Qorti tal-Ġustizzja. Dawn ir-regoli jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kunsill. Sakemm l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea ma jipprovdix mod ieħor, id-dispożizzjonijiet tat-Trattati li għandhom x’jaqsmu mal-Qorti tal-Ġustizzja japplikaw għall-Qorti Ġenerali. --------------------------------------------------