Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IS-SITT PARTI DISPOŻIZZJONIJIET ISTITUZZJONALI U FINANZJARJI - TITOLU I: DISPOŻIZZJONIJIET LI JIRREGOLAW L-ISTITUZZJONIJIET - Kapitolu 1: L-istituzzjonijiet - Taqsima 5: Il-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea - Artikolu 252 (ex Artikolu 222 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0158 - 0158
Artikolu 252 (ex Artikolu 222 TKE) Il-Qorti tal-Ġustizzja tkun assistita minn tmien Avukati Ġenerali. Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hekk titlob, il-Kunsill, waqt li jaġixxi b’unanimità, jista jżid in-numru ta' l-Avukati Ġenerali. L-Avukat Generali għandu d-dmir li pubblikament bl-ikbar imparzjalita u b’indipendenza sħiha jipproponi konklużjonijiet motivati dwar il-kawżi li skond l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea, jeħtieġu l-intervent tiegħu. --------------------------------------------------