12008E221

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - TITOLU VI: RELAZZJONIJIET TA' L-UNJONI MA' L-ORGANIZZAZZJONIJIET INTERNAZZJONALI U L-PAJJIŻI TERZI U DELEGAZZJONIJIET TA' L-UNJONI - Artikolu 221

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0147 - 0147


Artikolu 221

1. Id-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni f'pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jirrappreżentaw l-Unjoni.

2. Id-delegazzjonijiet ta' l-Unjoni għandhom jitqiegħdu taħt l-awtorità tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà. Dawn għandhom jaġixxu f'koperazzjoni stretta mal-missjonijiet diplomatiċi u konsulari ta' l-Istati Membri.

--------------------------------------------------