12008E216

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IL-ĦAMES PARTI L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI - TITOLU IV: IL-MIŻURI RESTRITTIVI - Artikolu 216

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0144 - 0144


Artikolu 216

1. L-Unjoni tista' tikkonkludi ftehim ma' pajjiż terz wieħed jew iktar jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali meta t-Trattati jipprovdu għal danjew meta l-konklużjoni ta' ftehim tkun jew meħtieġa sabiex jinkiseb, fil-qafas tal-politika ta' l-Unjoni, wieħed mill- objettivi stabbiliti mit-Trattati, jew inkella tkun prevista f'att ta' l-Unjoni legalment vinkolanti jew inkella x'aktarx tolqot regoli komuni jew li tbiddel il-kamp ta' l-applikazzjoni tagħhom.

2. Ftehim konkluż mill-Unjoni jorbot lill-istituzzjonijiet ta' l-Unjoni u lill-Istati Membri.

--------------------------------------------------