12008E197

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU XXIV: KOPERAZZJONI AMMINISTRATTIVA - Artikolu 197

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0136 - 0136


Artikolu 197

1. L-implimentazzjoni effettiva tad-dritt ta' l-Unjoni mill-Istati Membri, li hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb ta' l-Unjoni, għandha titqies bħala kwistjoni ta' interess komuni.

2. L-Unjoni tista' tappoġġja l-isforzi ta' l-Istati Membri sabiex itejbu l-kapaċità amministrattiva tagħhom fl-implimentazzjoni tad-dritt ta' l-Unjoni. Din l-azzjoni tista' tinkludi l-iffaċilitar ta' l-iskambju ta' informazzjoni u ta' impjegati fis-servizz ċivili kif ukoll l-appoġġ għal skemi ta' taħriġ. L-ebda Stat Membru m' għandu jkun marbut li jagħmel użu minn dan l-appoġġ. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu permezz ta' regolament skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu l-miżuri meħtieġa għal dan il-għan bl-esklużjoni ta' kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri.

3. Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi ta' l-Istati Membri li jimplimentaw id-dritt ta' l-Unjoni kif ukoll għall-prerogattivi u d-dmirijiet tal-Kummissjoni. Għandu jkun wkoll mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet oħra tat-Trattati li jipprovdu għal koperazzjoni amministrattiva bejn l-Istati Membri kif ukoll bejnhom u l-Unjoni.

--------------------------------------------------