Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU X: POLITIKA SOĊJALI - Artikolu 152
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0114 - 0114
Artikolu 152 L-Unjoni Ewropea tirrikonoxxi u tippromwovi r-rwol ta' l-imsieħba soċjali fil-livell tagħha, filwaqt li tqis id-diversità tas-sistemi nazzjonali. Għandha tiffaċilita d-djalogu bejn is-sħab soċjali, waqt li tirrispetta l-awtonomija tagħhom. Is-Summit bi tliet partijiet għat-Tkabbir u l-Impjiegi għandu jikkontribwixxi għad-djalogu soċjali. --------------------------------------------------