12008E131

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU VIII: POLITIKA EKONOMIKA U MONETARJA - Kapitolu 2: Politika monetarja - Artikolu 131 (ex Artikolu 109 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0104 - 0104


Artikolu 131

(ex Artikolu 109 TKE)

Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-leġislazzjoni nazzjonali tiegħu, inkluż l-istatuti tal-bank ċentrali nazzjonali tiegħu, tkun kumpatibbli mat-Trattati u ma' l-Istatuti tas-SEBĊ u tal-BĊE.

--------------------------------------------------