12008E089

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU V: L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Kapitolu 5: Koperazzjoni tal-pulizija - Artikolu 89 (ex Artikolu 32 TUE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0084 - 0084


Artikolu 89

(ex Artikolu 32 TUE)

Il-Kunsill, li jaġixxi skond il-proċedura leġislattiva speċjali, għandu jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-limiti li fihom l-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri msemmija fl-Artikoli 82 u 87 jistgħu jintervjenu fit-territorju ta' Stat Membru ieħor flimkien u bi ftehim ma' l-awtoritajiet ta' dan ta' l-aħħar. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu, wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew.

--------------------------------------------------