Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU V: L-ISPAZJU TA' LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA - Kapitolu 3: Koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili - Artikolu 81 (ex Artikolu 65 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0078 - 0079
Artikolu 81 (ex Artikolu 65 TKE) 1. L-Unjoni għandha tiżviluppa koperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili li jkollhom implikazzjonijiet transkonfinali, ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji. Din il-koperazzjoni tista' tinkludi l-adozzjoni ta' miżuri għall-approssimazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja, għandhom jadottaw, b'mod partikolari fejn dan ikunmeħtieġ għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern, miżuri bil-għan li jassiguraw: a) ir-rikonoxximent reċiproku bejn Stati Membri u l-infuzar ta' deċiżjonijiet f'każijiet ġudizzjarji u extraġudizzjarji; b) in-notifika transkonfinali ta' dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji; ċ) il-kompatibbiltà tar-regoli applikabbli fl-Istati Membri dwar il-kunflitt tal-liġijiet u tal-ġurisdizzjoni; d) il-koperazzjoni sabiex jinkisbu l-provi; e) aċċess effettiv għall-ġustizzja; f) it-tneħħija ta' xkiel għall-funzjonament tajjeb ta' proċedimenti ċivili, jekk meħtieġ billi tkun promossa l-kompatibbiltà tar-regoli dwar il-proċedura ċivili applikabbli fl-Istati Membri; g) l-iżvilupp ta' metodi alternattivi għas-soluzzjoni tat-tilwim; h) appoġġ fit-taħriġ tal-ġudikatura u l-persunal ġudizzjarju. 3. B'deroga mill-paragrafu 2, il-miżuri dwar il-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali għandhom jiġu stabbiliti mill-Kunsill, li skond il-proċedura leġislattiva speċjali. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill, fuq proposta tal-Kumissjoni, jista' jadotta deċiżjoni li tiddetermina dawk l-aspetti tal-liġi tal-familja b'implikazzjonijiet transkonfinali li jistgħu jkunu s-suġġett ta' atti adottati skond il-proċedura leġislattiva ordinarja. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'mod unanimu wara li jikkonsulta mal-Parlament Ewropew. Il-proposta prevista fit-tieni subparagrafu għandha tintbagħat lill-Parlamenti nazzjonali. Jekk Parlament nazzjonali jgħarraf l-oppożizzjoni tiegħu fi żmien sitt xhur mid-data ta' tali notifika, id-deċiżjoni m'għandhiex tiġi adottata. Fin-nuqqas ta' oppożizzjoni, il-Kunsill jista' jadotta din id-deċiżjoni. --------------------------------------------------