12008E060

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 3: Is-servizzi - Artikolu 60 (ex Artikolu 53 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0071 - 0071


Artikolu 60

(ex Artikolu 53 TKE)

L-Istati Membri jagħmlu ħilithom sabiex jilliberalizzaw is-servizzi ’l hinn mil-limitu magħmul obbligatorju mid-direttivi maħruġa b'implimentazzjoni ta' l-Artikolu 59(1), jekk dan ikun permess mis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali tagħhom u mis-sitwazzjoni tas-settur ikkonċernat.

Il-Kummissjoni għandha tagħmel rakkomandazzjonijiet f'dan is-sens lill-Istati Membri kkonċernati.

--------------------------------------------------