12008E054

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 2: Id-dritt ta' stabbiliment - Artikolu 54 (ex Artikolu 48 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0069 - 0069


Artikolu 54

(ex Artikolu 48 TKE)

Il-kumpanniji jew ditti stabbiliti konformement mal-liġijiet ta' Stat Membru u li jkollhom l-uffiċju reġistrati jew it-tmexxija ċentrali jew is-sede prinċipali ġewwa l-Unjoni, għandhom, għall-fini ta' dan il-Kapitolu ikunu meqjusa bħala persuni fiżiċi ċittadini ta' l-Istati Membri.

"Kumpanniji jew ditti" ifissru kumpanniji jew ditti stabbiliti skond il-liġijiet ċivili jew kummerċjali, inklużi s-soċjetajiet koperattivi u persuni ġuridiċi oħra regolati bid-dritt pubbliku jew privat, ħlief għal dawk bla skop ta' qligħ.

--------------------------------------------------