Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 2: Id-dritt ta' stabbiliment - Artikolu 53 (ex Artikolu 47 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0069 - 0069
Artikolu 53 (ex Artikolu 47 TKE) 1. Bl-għan li jkun eħfef għall-persuni li jridu jibdew u ikomplu attività bħala persuni li jaħdmu għal rashom, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja għandhom joħorġu direttivi għar-rikonoxximent reċiproku ta' diplomi, ċertifikati u provi oħra ta' kwalifiki formali kif ukoll għall-koordinazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta' l-Istati Membri dwar il-bidu u t-tkomplija ta' l-attivitajiet ta' dawk li jaħdmu għal rashom. 2. Fil-każ tal-professjonijiet mediċi, dawk relatati magħhom u dawk farmaċewtiċi, it-tneħħija progressiva tar-restrizzjonijiet tiddependi mill-koordinazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-eżerċizzju tagħhom fid-diversi Stati Membri. --------------------------------------------------