12008E045

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IV: MOVIMENT LIBERU TAL-PERSUNI, SERVIZZI U KAPITAL - Kapitolu 1: Il-ħaddiema - Artikolu 45 (ex Artikolu 39 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0065 - 0066


Artikolu 45

(ex Artikolu 39 TKE)

1. Għandu jkun żgurat il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni.

2. Dan jimplika l-abolizzjoni ta' kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta' l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol.

3. Għandu jinkludi d-dritt, mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet gustifkati minħabba ordni pubbliku, sigurta’ pubblika u saħħa pubblika:

a) li jaċċetta offerti ta' impjieg li jkunu saru,

b) li jispostja ruħu liberament għal dan l-għan fit-territorju ta' l-Istati Membri,

ċ) li joqgħod f'kull Stat Membru sabiex jaħdem f'impjieg skond il-liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jirregolaw l-impjieg tal-ħaddiema ta' dak l-Istat,

d) li jibqa' fit-territorju ta' Stat Membru wara li jkun okkupa impjieg hemm, suġġett għal kondizzjonijiet f' regolamenti implimentattivi li għandhom jitħejjew mill-Kummissjoni.

4. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu ma japplikawx għal impjieg fl-amministrazzjoni pubblika.

--------------------------------------------------