12008E028

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU II: IL-MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA - Artikolu 28 (ex Artikolu 23 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0059 - 0060


Artikolu 28

(ex Artikolu 23 TKE)

1. L-Unjoni tinkludi unjoni doganali li tkopri n-negozju kollu tal-merkanzija u tikkomprendi kemm l-abolizzjoni, bejn l-Istati Membri ta' dazji doganali fuq l-importazzjoni u l-esportazzjoni u kull piż b' effett ekwivalenti, kif ukoll l-adozzjoni ta' tariffa doganali komuni fir-relazzjonijiet tagħhom ma' pajjiżi terzi.

2. Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 u tal-Kapitolu 3 ta' dan it-Titolu għandhom japplikaw għall-prodotti li joriġinaw fl-Istati Membri kif ukoll għall-prodotti ġejjin minn pajjiżi mhux membri li huma f’ ċirkolazzjoni libera fl-Istati Membri.

--------------------------------------------------