12008E026

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU I: IS-SUQ INTERN - Artikolu 26 (ex Artikolu 14 TKE)

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0059 - 0059


Artikolu 26

(ex Artikolu 14 TKE)

1. L-Unjoni għandha tadotta miżuri bil-ħsieb li tistabbilixxi jew li tassigura l-funzjonament tas-suq intern, skond id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattati.

2. Is-suq intern għandu jikkomprendi arja bla fruntieri interni, li fiha l-moviment liberu ta' merkanzija, persuni, servizzi u kapital huwa żgurat skond id-dispożizzjonijiet tat-Trattati.

3. Il-Kunsill li jaġixxi fuq proposta mill-Kummissjoni għandu jistabbilixxi l-linji-gwida u l-kondizzjonijiet meħtieġa sabiex jiżguraw progress bilanċjat fis-setturi kollha interessati.

--------------------------------------------------