12008E006

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU I: KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI - Artikolu 6

Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0052 - 0053


Artikolu 6

L-Unjoni għandha kompetenza li tieħu azzjonijiet sabiex tappoġġa, tikkoordina jew tissupplimenta l-azzjoni ta' l-Istati Membri. Fil-livell Ewropew, l-oqsma ta' dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu:

a) il-protezzjoni u t-titjib tas-saħħa tal-bniedem;

b) l-industrija;

ċ) il-kultura;

d) it-turiżmu;

e) l-edukazzjoni, il-formazzjoni vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport;

f) il-protezzjoni ċivili;

g) il-koperazzjoni amministrattiva.

--------------------------------------------------