Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - L-EWWEL PARTI: PRINĊIPJI - TITOLU I: KATEGORIJI U OQSMA TA' KOMPETENZA TA' L-UNJONI - Artikolu 5
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0052 - 0052
Artikolu 5 1. L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politika ekonomika tagħhom fi ħdan l-Unjoni. Għal dan il-għan, il-Kunsill għandu jadotta miżuri, b'mod partikolari linji gwida ġenerali għal din il-politika. Dispożizzjonijiet speċifiċi għandhom japplikaw għal dawk l-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. 2. L-Unjoni għandha tieħu miżuri sabiex tassigura l-koordinazzjoni tal-politika dwar l-impjieg ta' l-Istati Membri, partikolarment billi tiddefinixxi linji gwida għal din il-politika. 3. L-Unjoni tista' tieħu inizjattivi sabiex tassigura l-koordinazzjoni tal-politika soċjali ta' l-Istati Membri. --------------------------------------------------